Floriana
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Floriana, magħrufa aħjar fil-Malti bħala l-Furjana, hi belt f' Malta, is-subborg tal-Belt Valletta. Hi msemmijja għall-inġinjier militari Taljan Pietro Paolo Floriani, mill-belt ta' Maċerata, l-inġinjier risponsabbli għall-bini tas-swar tal-Furjana. Il-bini tal-belt, kien ordnat mill-Gran Mastru Antoine Manoel De Vilhena, fil-fatt hi magħrufa bħala 'Borgo Vilhena' jew 'Ċittà Vilhena'.
Il-Knisja tal-Furjana hi ddedikata lil San Publiju, fit-tradizzjoni Maltija imsemmi bħala l-ewwel isqof Malti; dan hu l-istess Publiju msemmi fl-istorja tan-nawfraġju ta' San Pawl.
Il-Banda tal-Furjana hi msemmija Socjeta' Filarmonika Vilhena, ad unur tal-fundatur tal-belt, Vilhena.
Għal dawn l-aħħar snin, Pjazza San Publiju fil-Furjana, magħrufa aħjar bħala l-Fosos, kien il-post fejn seħħu ħafna avvenimenti storiċi għal Malta, bħal funzjoni ċċelebrata mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fejn ġew ibbeatifikati Dun Ġorġ Preca, Injazju Falzon u Swor Maria Adeodata Pisani.