Gudja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Gudja hu raħal żgħir f'Malta b'popolazzjoni ta' madwar 3,050 ruħ. Ir-raħal jinsab fuq għolja ċkejkna fix-xlokk tal-Belt Valletta, u jinsab fuq ir-riħ tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.
Fit-truf tar-raħal jinsab il-Palazz ta' Bettina, palazz li joffri pajżaġġi sbieħ, u li, fost l-ohrajn, serva ta' akkomodazzjoni lill-kantanta kontemporanea Madonna, meta din kienet f'Malta. Il-Knisja Parrokkjali hi ddedikata lill-Assunzjoni tal-Verġni Marija; Fil-Gudja nsibu wkoll il-kappella medjuevali ta' Bir Miftuħ, li nbniet mal-500 sena ilu.