Sparassocynidae
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Sparassocynidae hija familja ta' mammiferi estinti, eżattament l-opossumi jew mammiferi marsupjali qieshom opossumi. Din il-familja qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia u fis-superfamilja Didelphoidea ma' bosta familji oħra (in-numru ta' familji jiddependi mill-iskema ta' klassifikazjoni li wieħed ikun qiegħed isegwi), kemm estinti kif ukoll estanti (li għandhom rappreżentanti ħajjin sal-llum).
Bħalissa il-familja Sparassocynidae tikkonsisti minn ftit speċi miġburin f' ġeneru wieħed biss Sparassocynus. L-ispeċi fossili ta' dan il-ġeneru, instabu kollha fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel fl-Arġentina, minnbarra Sparassocynus heterotopicus li nstab fil-Bolivja u huwa l-aktar speċi ġeneralizzata tal-ġeneru.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Opossum jew Didelphimorphia)
[editja] Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-familja Sparassocynidae
- Familja Sparassocynidae (Reig,1958)
- Ġeneru Sparassocynus (Mercerat,1898)
- Sparassocynus bahiai (Mercerat,1898)
- Sparassocynus dirivatus (Reig and Simpson,1972)
- Sparassocynus heterotopicus
- Ġeneru Sparassocynus (Mercerat,1898)