Ta' Xbiex
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ta' Xbiex huwa raħal żgħir bejn l-Imsida u l-Gżira, biss huwa raħal awtonomu u parroċċa għalih. L-isem Ta' Xbiex ġej mill-kelma "ta' xbiek", peress li dan ir-raħal qiegħed viċin tax-xatt u probabbli kont tara ħafna sajjieda u d-dgħajjes tagħhom, anke llum il-ġurnata għadek tarahom, biss naqsu ħafna. Biex ikompli jissaħħaħ dan l-għidud, l-arma ta' Ta' Xbiex hija tmun ta' vapur. L-motto ta' Ta' Xbiex huwa Unitatae Fortior bil-Latin, li bil-Malti tfisser bejn wieħed u ieħor "Fl-Għaqda hemm is-Saħħa."
F'Ta' Xbiex issib bosta aġenziji u ambaxxati fosthom dik ta' l-Eġittu u dik ta' l-Italja. Sfortunatament il-ġnien tal-Yacht Marina ma għadux jagħmel parti minn Ta' Xbiex iżda sar jagħmel parti mill-Gżira.
L-Ordni Reliġjuż li jieħu ħsieb din il-paroċċa huwa dak tal-Karmelitani Tereżjani Skalzi; fil-fatt il-Provinċjal ta' l-Ordni joqgħod Ta' Xbiex. F'Ta' Xbiex ma jsirux festi esterni kbar iżda interni fejn kulħadd ikun miġbur; fost dawn il-Festi hemm tal-Madonna tal-Karmnu li hija il-patruna ta' l-Ordni u ta' San Ġwann tas-Salib li huwa il-patrun ta' Ta' Xbiex.
Bħala parroċċa Ta' Xbiex hija waħda vera attiva, fejn fil-kors ta' l-aħħar snin, żdiedu gruppi jew il-membri tagħhom bħalma huma, l-Abbatini, il-Kor Laudamus Unum Deum - Infaħħru Alla Wieħed, il-Grupp Leġjonarju u l-Grupp taż-Żgħażagħ Teens 4 Christ jew T4C.
editja | Kunsilli lokali ta' Malta | |
---|---|---|
Malta | ||
Attard | Balzan | Birgu (Vittoriosa) | Birkirkara | Birżebbuġa | Bormla (Cospicua) | Dingli | Fgura | Floriana | Gudja | Gżira | Għargħur | Għaxaq | Ħamrun | Iklin | Isla (Senglea) | Kalkara | Kirkop | Lija | Luqa | Marsa | Marsaskala | Marsaxlokk | Mdina | Mellieħa | Mġarr | Mosta | Mqabba | Msida | Mtarfa | Naxxar | Paola (Raħal Ġdid) | Pembroke | Pietà | Qormi | Qrendi | Rabat | Safi | San Ġiljan | Santa Luċija | San Pawl il-Baħar | San Ġwann | Santa Venera | Siġġiewi | Sliema | Swieqi | Ta' Xbiex | Tarxien | Valletta | Xgħajra | Żabbar | Żebbuġ | Żejtun | Żurrieq | ||
Għawdex | ||
Fontana | Għajnsielem | Għarb | Għasri | Kerċem | Munxar | Nadur | Qala | Rabat (Victoria) | San Lawrenz | Sannat | Xagħra | Xewkija | Żebbuġ |