Astronomija
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Astronomija (Grieg: αστρονομία = άστρον + νόμος, astronomia = astron + nomos, letteralment, ("liġi tal-istilel") hija x-xjenza li tinvolvi l-osservazzjoni u l-ispjegazzjoni ta' l-eventi li jsiru lil hinn mill-Art (Dinja) u l-atmosfera. Din ix-xjenza tistudja l-oriġini, l-evoluzzjoni, fiżika u kimika ta' l-oġġetti li jistgħu jiġu osservati fis-smewwiet (u huma lil hinn mill-atmosfera). Fi kliem fqir, l-Astronomija hija s-sejba dwar dak kollu li jiġri 'l barra mid-Dinja. Hija waħda mill-ixjeħ xjenzi li jeżistu għaliex nibtet meta n-nies bdew jiktbu dwar dak li jaraw fis-sema. L-Astronomija hija waħda mill-ftit xjenzi fejn id-dilettanti għadhom jistgħu jilagħbu rwol, speċjalment fl-iskoperti u l-monitoraġġi ta’ fenomeni transenti. L-Astronomija m’għandhiex tiġi mħallta ma' l-Astroloġija, li tassumi li d-destin tal-bnedmin huma korrelati mal-pożizzjoni apparenti ta' l-oġġetti fis-sema—għalkemm iż-żewġ għelieqi jaqsmu oriġini inkomuni, huma pjuttost differenti; L-astronomi jużaw metodi xjentifiċi, waqt li l-astrologi le.
Werrej |
[editja] Storja
Fil-bidu ta' l-istorja tagħha, l-astronomija ħadet biss ħsieb l-osservazzjoni u l-previżjoni taċ-ċaqliq tal-oġġetti ċelesti (tas-sema) li setgħu jiġu osservati mingħajr l-użu ta' apparat partikolari ħlief l-għajn għera. L-ewwel astronomi kienu qassisin ta' ċerta kult reliġjuż, li kellhom il-kapaċità jaghmlu ċerta funzjoni lis-socjetà, dan għamluh billi ħolqu l-ewwel kalendarji, indispensabbli għall-organizzazzjoni tal-ħajja soċjali u agrikola.
Il-Griegi kienu l-iktar nies li taw kontribut lill-astronomija, speċjalment Ipparku u Ewdossju; li laħqu l-milja tagħhom bl-opra ta' Claudio Tolomeo. Fiż-Żminijiet tan-Nofs, id-dinja tal-Punent rat staġnar fl-iżvilupp ta' dix-xjenza, filwaqt li xi astronomi Għarab komplew bl-istudju tal-korpi ċelesti.
Matul ir-Rinaxximent, Nicholas Koperniku ħadem ħafna biex jippromwovi l-idea tiegħu ta' "sistema eljoċentrika" (għalkemm ta' min jgħid li ma kienx l-ewwel wieħed li ħareġ bl-ipoteżi ta' sistema bix-Xemx fin-nofs, imma żgur l-ewwel wieħed li argumenta b'mod xjentifiku it-teorija tiegħu). Ħidmietu serva ta' bażi soda għall-ħidmiet ta' Galileo Galilei u Keplero. Dan ta' l-aħħar kien l-ewwel astronomu li kiteb liġijiet li jispjegaw korretament id-dettalji kollha taċ-ċaqliq tal-pjaneti madwar ix-Xemx. Huwa iżda, ma tax raġunijiet fiziċi lis-sejbiet tieghu; dan kellu jkun xogħol Sir Isaac Newton li elabora l-prinċipji tal-mekkaniżmu ċelesti u l-liġi tal-gravità universali.
[editja] Suddiviżjonijiet
L-astronomija hija maqsuma f'ħafna sezzjonijiet, dan minħabba l-għadd kbir ta' kategoriji li jaqgħu taħtha.
[editja] Metodi użati biex titieħed l-informazjoni
Fl-astronomija, il metodu ewlieni biex tinkiseb informazjoni tirrikjedi ir-rilevazjoni u l-analiżi ta' radiazjonijiet elettromanjetiċi. Diviżjoni tradizzjonali tal-astronomija hi mogħtija billi wieħed isseġwi ir-reġjuni differenti ta' l- ispettru elettromanjetiku li jiġu osservati:
- Astronomija ottika - tirriferi għat-tekiċi użati għal rilevar u analiżar ta' dawl li jista'jkun perċepitmill-għajn tal-bniedem (minn 400 - 800 nm ċirka). L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju.
- Astronomija tal-infraħmar - tibbaża fuq r-rilevament tar-radiazjoni infraħamra (infra red). L-istrument l-iktar użat f'din id-diviżjoni huwa t-teleskopju ottimiżat għal dawn l-iskopijiet. It-teleskopji mqegħda fl-orbita huma użati biex jiġi evitat il-"ħoss" tal- interferenzi elettromanjetiċi ikkawżati mill-atmosfera.
- Radjuastronomija - tuża strumenti kompletament differenti biex taqbgħad ir-radiazjonijiet con una lunghezza d'onda li tmur mill-millimetru għaċ-ċentimetru ċirka. ir-riċevituri jixbħu ħafna lill-istrumenti użati biex jiġu trasmessi sinjali televiżivi u radjufoniċi.
[editja] Għall-oġġetti ta' studju
L-astronomi jistudjaw oġġetti bħal pjaneti, kwiekeb, novi, galassji, nebulosi, eċċ. imma l-ebda astronomu ma josserva kull tip ta' oġġett. Suddivisione differenti tista' tkun magħmula għal regjuni tal-ispazju u tematiċi relatati:
- Astronomia galattika
- Astronomia ekstragalattika
- Formazzjoni u evoluzjoni tal-galassji
- Formazzjoni stellari
- Evoluzzjoni stellari
- Astronomija stellari
- Astrometrija: l-istudju tal-pożizzjoni tal-oġġetti fuq l-isfera ċelesti u taċ-ċaqliq tagħhom. L-astrometrija tieħu ħsieb ukoll tad-definizzjoni tas-sistema ta' riferiment u taċ-ċinematika tal-oġġetti appartenenti lil galassja tagħna.
- kosmoloġija: l-istudio tal-Univers kollu kemm hu, mit-tweliedsal-evoluzzjoni.
- Esobioloġija jewAstrobioloġija: l-istudju tal-formazzjoni ta' ħajja bioloġika lil hinn mill-pjaneta tagħna.
- Planetoloġija: l-istudju tal-pjaneti tas-Sistema Solari u l-ipotesijiet fuq il-pjaneti ekstrasolari.
[editja] Kunċetti bażiċi

- Sfera ċelesti
- Koordinati ċelesti
- Preċessjoni
- Eklittika
- Orbita
- Orbita retrograda
- Rotazzjoni
- Fażi
- Afelio
- Perielio
- Eklissi
- Punti ta' Lagrange
- Stilla
- Kostellazzjoni jew Imħalla
- Pjaneta
- Asterojde
- Galassja
- Parallasse
- Manjitudni
- Rivoluzzjoni orbitali
- Eċċentriċità
- Unità astronomica
- Kometa
- Diagramma H-R
- Klassifikazzjoni stellari
- Supernova
- Toqba sewda
- Sena dawl
- Tniġġis tad-dawl
- Triq ta' Sant' Anna
[editja] Links esterni
- Astronomy News - Daily Astronomy tipprovdi aħbarjiet kurrenti u informazzjoni relatata ma' kull taqsima ta' l-astronomija.
[editja] Organizzazzjonijiet
- American Association of Variable Star Observers
- American Astronomical Society
- Astronomical Society of the Pacific
- Astronomical Society of Southern Africa
- Astronomical Society of Southern New England
- Cassini Imaging Laboratory - Ritratti tal-pjaneti li jgħaġbuk bi ġmielhom meħudha mill-vettura spazjali Cassini.
- Czech Astronomical Society
- Durham Region Astronomical Association
- European Southern Observatory
- Hawaiian Astronomical Society
- Herzberg Institute of Astrophysics
- Inter-University Centre for Astronomy and Astrophysics
- National Optical Astronomy Observatories
- North York Astronomical Association
- Open Encyclopedia Project - sezzjoni Astronomija.
- Royal Astronomical Society of Canada
- Royal Astronomical Society (UK)
- Royal Astronomical Society of New Zealand
- Saint Louis Astronomical Society
- Scientia Astrophysical Organization
- Society for Popular Astronomy (UK)
- International Astronomy Youth Camp (IAYC)
[editja] Referenzi: formulu u kostanti
- Astronomy Formulas
- Astronomical Constants Index
- Zombeck's Handbook of Space Astronomy and Astrophysics
[editja] Oħrajn
- Deep Sky Astronomy
- Astronomy facts and information
- Astrometry and Celestial Mechanics
- Astronomy sites for educators
- Astronomy news (ger.)
- Los Alamos Astrophysics e-Print Database
- Astronomy Picture of the Day
- Bruce Medalists (annual astronomical award since 1898)
- Islamic and Arab Astronomy
- University of Ottawa's Astronomy Knowledge Base
- Space.com Sit popolari dwar l-astronpmija
- About northern lights
- Universe Today Aħbarijiet dwar l-astronomija u l-ispazju
- Virtual Sky Ritratti tas-sema fil-għaxija
- NightSky Live NSL Project Home
- About stars and planets