La Canzone degli Italiani
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
La Canzone degli Italiani (Il-Kanzunetta tat-Taljani) huwa l-innu nazzjonali Taljan; il-kliem ġie miktub minn Goffredo Mameli, filwaqt li l-kompożitur kien Michele Novaro. L-innu huwa aħjar magħruf bħala Fratelli d'Italia (Aħwa tal-Italja), frażi meħuda mill-ewwel vers; xi drabi anki Inno di Mameli jew Canto degli Italiani jiġu użati biex jirreferu għalih.
Fl-1847, il-poeta Goffredo Mameli, kiteb La Canzone degli Italiani; dil-poeżija kienet tesprimi il-ġlieda għall-unifikazzjoni u l-indipendenza ta' l-Italja, u għalhekk nxirxet u saret popolari mmens fi żmien ir-Risorgimento (lit. Qawmien, il-proċess tal-unifikazzjoni tal-Italja fis-seklu 19). Wara l-unifikazzjoni (1861), l-innu tal-Familja tas-Savoja kien ukoll użat bħala innu nazzjonali. Meta, fl-1946, l-Italja saret repubblika, La Canzone degli Italiani ġet magħżula biex isservi ta' innu nazzjonali temporanju. Ta' min jinnota li din l-għażla baqgħet ma ġiet qatt riveduta, u La Canzone degli Italiani ilu innu nazzjonali temporanju għal aktar minn 50 sena.
[editja] Kliem
Fratelli d'Italia,
l'Italia s'è desta,
dell'elmo di Scipio
s'è cinta la testa.
Dov'è la vittoria?
Le porga la chioma,
che schiava di Roma
Iddio la creò.
KOR
Stringiamoci a coorte,
siam pronti alla morte.
Siam pronti alla morte,
l'Italia chiamò.
Stringiamoci a coorte,
siam pronti alla morte.
Siam pronti alla morte,
l'Italia chiamò!
Noi fummo da secoli
calpesti, derisi,
perché non siam popoli,
perché siam divisi.
Raccolgaci un'unica
bandiera, una speme:
di fonderci insieme
già l'ora suonò.
KOR
Uniamoci, uniamoci,
l'unione e l'amore
rivelano ai popoli
le vie del Signore.
Giuriamo far libero
il suolo natio:
uniti, per Dio,
chi vincer ci può?
KOR
Dall'Alpi a Sicilia
Dovunque è Legnano,
Ogn'uom di Ferruccio
Ha il core, ha la mano,
I bimbi d'Italia
Si chiaman Balilla,
Il suon d'ogni squilla
I Vespri suonò.
KOR
Son giunchi che piegano
Le spade vendute:
Già l'Aquila d'Austria
Le penne ha perdute.
Il sangue d'Italia,
Il sangue Polacco,
Bevé, col cosacco,
Ma il cor le bruciò.
KOR
[editja] Kritika
Riċentament, fl-Itajla kien hemm diskussjonijiet dwar jekk għandux jiġi magħżul innu ieħor minflok Fratelli d'Italia. Ħafna nies (kemm nies komuni kif ukoll esperti) jaħsbu li l-mużika ta' Fratelli d'Italia hija pjuttost fqira, speċjalment meta tikkumparaha mat-tradizzjoni rinomata tal-mużika klassika Taljana (bħal, ngħidu aħna, Giuseppe Verdi jew Giacomo Puccini).
Il-lirika, m'hix universali, u tirreferi għal episodji speċifiċi fl-istorja Taljana; filwaqt li kienu adattati għas-seklu 19, illum il-ġurnata tilfu ħafna mis-sinjifikat tagħhom. Iżda allavolja hemm dawn l-argumenti kollha kontra Fratelli d'Italia, dan l-innu daħal fil-qlub ta' ħafna u mhux daqshekk probabbli li jiġi mibdul kif ġieb u laħaq.