Triq ta' Sant' Anna
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Galassja tagħna hi magħrufa bħala t-Triq ta' Sant'Anna. It-Triq ta' Sant'Anna hija Galassja Spirali; għamla ta' żewġ bajdiet moqlija mpoġġija dahar ma' dahar; il-pjan hu l-abjad tal-bajd, u n-nukleju ċentrali hu l-isfar. Ix-Xemx qiegħda xi 2/3 'l barra min-nofs f'dirgħajn l-ispiral ta' Orjun.