Abbati
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
In-newtralità u/jew ir-relevanza ta' dan l'artiklu hi dubjuża. Jew dan l-Artiklu gie miktub min persuna mhix reġistarata - f'dan il-kas ir-relevanza trid tiġi stabbilita b'vot, jew l-awtur kiteb ovjament fuqu innifsu je fuq għemilu
Il-policy tal wikipedia tiskuraġġixxi b'mod ferm (strongly discouraged) milli Awtur jikteb fuqu inniffsu. Fuq il wikipedja Ingliża, Ġermaniża u Franċiża artikli bħall dawn jiġu imħassra. Għall aktar informazzjoni irreferi għall gwida: Creating an article about yourself |
Nistgħu ngħidu li kwazi f’kull parroċċa f’Malta u Għawdex insibu numru sabiħ ta' abbatini subien li l-għan ewlieni tagħhom huwa s-servizz waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li jsiru fil-knejjes tagħna. Il-Papa Pawlu VI kien sejjaħ lill-abbatini "kuruna ta' fjuri" li jżejjnu l-altar.
L-għanijiet principali ta' l-abbatini huma:
· Is-servizz waqt iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-knisja
· Formazzjoni nisranija
· Ħidma vokazzjonali
Din ta' l-aħħar sfortunatament qed tbati minħabba l-fatt li f'xi parroċċi daħlet il-prattika ta' abbatini bniet, cioè addio vokazzjonijiet u viva n-namrar. Hija ħasra li anki l-Arċisqof il-ġdid Pawlu Cremona OP hu dilettant ta' l-abbatini bniet! Dan hu dak li jġib il-Moderniżmu bla rażan.
L-abbatini jagħtu s-servizz tagħhom matul il-ġimgħa kollha, kull nhar ta' Ħadd u fiċ-ċelebrazzjonijiet ewlenin ta' matul is-sena bħall-Għid, il-Milied u l-festa tal-parroċċa.
Bla dubju jum importanti fil-kalendarju ta' l-abbatini huwa dak tal-vestizzjoni fejn l-abbatini l-ġodda jwiegħdu s-servizz u l-imħabba tagħhom lil Ġesù u jitlibbsu l-ilbies ta' abbatini fuq l-altar. Matul is-snin kellna wkoll numru sabiħ ta' abbatini li taw is-servizz tagħhom fil-Bażilka ta' San Pietru ġewwa Ruma.
Jistghu isiru abbatini is-subien li jkunu għamlu l-ewwel tqarbina. Jalla min għandu għal qalbu l-Knisja, jerġa' lura mid-drawwa kerha ta' l-abbatini bniet. Fl-aħħar mill-aħħar, anki l-Vatikan - taht il-Q.T. Papa Benedittu XVI - qed jerġa' jirrevedi din is-sitwazzjoni.