Bandiera ta' Malta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Skond il-kostituzzjoni[1] ta' Malta, il-bandiera nazzjonali għandha żewg strixxi weqfin u ndaqs, bl-istrixxa tan-naħa tax-xellug tkun bajda, filwaqt li l-oħra ħamra.
Fil-kantuniera ta' fuq fin-naħa tax-xellug tal-bandiera hemm il-George Cross b'burdura ħamra, li jirrappreżenta l-unur li ġie mogħti lill-poplu Malti mir-Re Ġorġ VI ta' l-Ingilterra fil-15 t'April, 1942 għall-kuraġġ u l-qlubija li wera fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-wisgħa tal-bandiera għandha tkun darba u nofs daqs it-tul tagħha.
L-Emblema ta' Malta hija bbażata fuq il-bandiera.
[editja] L-Oriġini tal-Bandiera Maltija
Għalkemm l-oriġini tal-bandiera Maltija m'humiex aċċertati, ħafna jsostnu li l-ilwien abjad u aħmar bdew jintużaw minn żmien il-ħakma tal-Kontu Ruġġieru, li ħa l-gżejjer minn taħt il-Għarab fl-1090.
[editja] Referenzi
- http://www.legal-malta.com/law/constitution.htm Il-kostituzzjoni ta' Malta (bl-Ingliż)
- http://www.doi.gov.mt/EN/state/symbols.asp Artiklu mingħand id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni tal-Gvern ta' Malta dwar l-użu ta' diversi bnadar u simboli Maltin.