Etimoloġija
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Fergħa tal-lingwistika storika dwar l-oriġni jew it-tnissil u l-iżvilupp tal-kliem, kif ukoll dwar it-tqabbil bejn kliem li jixtiebah jew aħjar kliem-qarib f'ilsna differenti. Hawnhekk "kelma-qariba" (plural "kliem-qarib" u "kelmiet-qarib") qed tittieħed bħala l-ekwivalenti ta' dik li fl-Ingliż tissejjaħ cognate (word). F'dak li għandu x'jaqsam mal-lingwistika, l-etimoloġija tqarreb ferm is-Semantika u l-Fonoloġija. Tant hu hekk, li qabel ma ġew żviluppati r-regoli tal-Fonetika, ma kellniex mezz xjentifiku jew sistematiku kif nittraċċaw it-tnissil tal-kliem.
[editja] Eżempji etimoloġiċi fl-iLsien Malti:
ballu (minn ballo fit-Taljan) ballerin (minn ballerino fit-Taljan) balè (minn ballet fil-Franċiż)
ħila (minn ħīla, ħajl fl-Għarbi)
orrajt (minn all right fl-Ingliż)
pitazz (minn pitazzu fl-Isqalli Komuni)
fisser (minn fassara fl-Għarbi)
ej-wann (minn a1 fl-Ingliż).