Ikel Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Lista ta' ikel tradizzjonali Malti:
[editja] Aljotta
Din hija soppa tal-ħut magħmula bit-tewm, tadam (jew inkella kunserva), ross (jew xi tip ta' għaġin fin) u nagħniegħ. Tiġi servuta bi ftit qtar tal-lumi.
[editja] Barbuljata
Magħmulha minn basal imqatta', tadam, corned beef, ġobon u bajd imħabbat.
[editja] Bebbux
[editja] Bigilla
[editja] Biskuttini tal-Lewż Morr
[editja] Braġjoli
[editja] Fenek
Hemm hafna modi ta' kif wiehed jista' jsajjar il-fenek. ngħidu ahna stuffat, moqli bit-tewm, imsajjar fil-gravy, il-forn, jew xi fenkata servuta ma' platt spaghetti
[editja] Figolla
[editja] Ful bit-Tewm
Magħmul minn ful mgħolli flimkien mat-tewm, nagħniegħ u ħall, normalment jiġi servut bħala kontorn għal mal-ħut.
[editja] Galletti
[editja] Ġbejniet
[editja] Ġulepp tal-Ħarrub
[editja] Ħobż
[editja] Imbuljuta tal-Qastan
Din tikkonsisti f'qastan mgħolli flimkien mal-imsiemer tal-qronfol, ħwawar, trab taċ-ċikkulata, qxur tal-lumi u mandolin u zokkor. Hawn min iżid ukoll il-passolina jew żbib. Tista' tiġi servuta taħraq jew kiesħa. L-imbuljuta tal-qastan hija assoċjata ma' żmien il-Milied.
[editja] Imqaret
Dan huwa ikel marhuf hafna mall maltin u dan izjed poparoli fiz zmien il mielied
[editja] Qagħaq ta' l-Għasel
[editja] Kannoli ta' l-Irkotta
Speċi ta' pajp ta 'l-għaġina moqlija, mimlija b'taħlita ta' irkotta, zokkor, ċirasa, konfettura u xorb (ġeneralment Brendi). Jista' jintuża wkoll biċċiet taċ-ċikkulata fit-tahlita.
[editja] Kapunata
Ħafna jqisu l-kapunata bħala l-verżjoni Maltija tar-Ratatouille, magħmula minn tadam, kappar, brunġiel u bżar aħdar. Din tista' tiġi servuta mal-ħut mixwi, jew inkella tista' wkoll tittiekel kiesħa waħidha.
[editja] Kunserva
[editja] Kusksu bil-Ful
Din hija soppa magħquda, magħmula minn tip ta' għaġin żgħir tond (kusksu), tewm, kunserva u ful frisk.
[editja] Mazzit
[editja] Minestra
Din hija soppa magħmula min basal, tewm, kaboċċa, patata, tadam, brodu, zunnarija, qara' bagħli, qara' aħmar u pastard, normalment servuta bil-ħobz malti u ġbejniet.
[editja] Pastizzi
[editja] Prinjolata
[editja] Pudina tal-Ħobż
Din hija tip ta' pudina magħmula minn biċċiet tal-ħobż xott bla qoxra (il-bieba) imxarrbin fil-ħalib, zokkor, konfettura, żbib, essenza tal-vanilla, trab taċ-ċikkulata, qxur tal-larinġ u rum (jew inkella brendi). Qabel tinħema fil-forn, il-wiċċ tal-pudina jiġi imferrex bil-lewż imfarrak. Din il-pudina tiġi servuta kiesħa. Dari kienet issir partikolarment nhar ta' Tnejn sabiex il-ħobż li jkun għad fadal minn wara tmiem il-ġimgħa ma jinħeliex.
[editja] Qargħa bagħli
[editja] Qassatat
[editja] Qubbajt
[editja] Ravjul
[editja] Soppa ta' l-Armla
Din hija soppa magħmula minn basal, piżelli, ħass u karotti. Jiġu wkoll miżjuda bajd, ġbejniet u rkotta. Tiġi servuta b'biċċiet tal-ħobż moqlija.
[editja] Stuffat tal-Qarnit
Stuffat magħmul minn qarnit, kunserva, basal, żebbuġ, żbib, ġewż, piżelli u inbid aħmar. Hemm min iservi dan l-istuffat bħala zalza għal ma' l-ispagetti.