MUSEUM
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Meta Dun Ġorġ Preca ried jagħti isem lis-Soċjetà tiegħu, il-katekisti issuġġerew Mużew għax fih wieħed isib tagħlim siewi u mportanti. Lil Dun Ġorġ għoġbitu, u ppropona l-akronimu bil-Latin M.U.S.E.U.M. għal Magister, Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus, li bil-Malti tfisser: Mgħallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evanġelju.
Is-Soċjetà rat il-bidu tagħha fl-ewwel xhur ta' l-1907, fil-Ħamrun, f'post fqir minn kollox iżda għani fl-imħabba lejn il-proxxmu u t-tagħlim.
F'Malta, kważi kull raħal għandu xi Dar tal-MUSEUM (Qasam, kif isibuha s-soċji) li fiha jattendu għat-tagħlim tfal bejn it-tmienja u s-sittax-il sena. Dawk li jkunu jridu jibqgħu fil-Mużew wara li jgħalqu s-sittax, ta' din l-età jibdew ukoll fil-formazzjoni tagħhom biex isiru soċji u jkunu b'hekk jistgħu jgħallmu huma nfushom.
Is-Soċjetà għandha wkoll oqsma u skejjel oħra fl-Awstralja, is-Sudan, fil-Kenja, fil-Perù, f'Londra u fl-Albanija.
[editja] Links Esterni
http://www.sdcmuseum.org - Sit uffiċjali tal-MUSEUM http://www.sdcprecaoz.org - Sit tal-MUSEUM tal-Awstralja
![]() |
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |