Oliver Friggieri
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
Oliver Friggieri huwa l-awtur ta' numru kbir ta' kotba ta' diversi ġeneri, maħruġa f'Malta kif ukoll u f'diversi pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu ġew maqlubin f'diversi lingwi. Kotba tiegħu dehru bl-Ingliż, Taljan, Franċiż, Maċedonjan, Sloven, Serbo-Kroat, Grieg, Romen, Għarbi, Bengali, Urdu. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f'għadd ta' rivisti akkademiċi madwar id-dinja. Ħa l-ewwel M.A. (1975) u Ph.D. (1978) fil-Letteratura Maltija bit-teżijiet ta' kritika komparata La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm; La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese, t-tnejn ħarġu bħala volumi fl-Italja. Rebaħ diversi premijiet internazzjonali. Qaleb għall-Malti bosta xogħlijiet mil-Latin, Ingliż u Taljan. Bħalissa hu lecturer fl-Università ta' Malta fil-letteratura Maltija.
[editja] Bibljografija
- Storia della Letteratura Maltese
- Stejjer Għal Qabel Jidlam
- Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel
cx
[editja] Rumanzi
- Il-Gidba
- L-Istramb
- Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri
- Ä iżimin li Qatt ma Jiftaħ
- It-Tfal Jiġu bil-Vapuri
[editja] Poeżiji
Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru fl-2002 taħt l-isem Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura.