Patri Feliċjan Bilocca
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Patri Feliċjan Bilocca twieled il-Furjana nhar l-1 ta' Ġunju, 1914 minn Ġużeppi u Elena mwielda Agius. Kien it-tielet wild minn familja ta' tlettax. Il-ġenituri tiegħu kienu joqogħdu fi Triq il-Miratur, il-Floriana.
Il-ġenituri meta twieled tawh l-isem ta' Karmenu. Il-figura ta' l-omm ħalliet impatt kbir fuqu u sa mewtha ħabbha b'imħabba kbira. Anki meta kiber baqa' jieħu l-pariri tagħha.
Ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Floriana. Studja l-Model School il-Belt u minn hemm inkiteb fl-iskola ta' l-Inġinerija Nixon School.
Kienu għadu lanqas temm il-kors meta għamel it-talba biex jissieħeb mal-Kapuċċini.Fit-22 ta' Settembru, 1929 beda n-novizzjat u snin wara ġie ordnat saċerdot minn idejn Mons Mikiel Gonzi. Mar jistudja fl-Università Gregorjana ta' Ruma minfejn kiseb dottorat fit-Teoloġija Dommatika u diploma fis-Soċjoloġija u l-Ekonomija Soċjali.
Felicjan Bilocca kien wiehed mill-ewwel ghalliema tas-Soċoloġija f'Malta u ma naqasx li jikteb dwarha kemm fil-kotba kif ukoll l-artikli tieghu. Ibbaza priedki shah minn dik il-lenti.
Aktarx li l-iktar fazi ecitanti ta’ hajtu kienet meta kien kappillan il-Marsa. Dan kien bejn l-1949 u l-1958. Lill-Marsin habbhom u ghenhom kemm felah. Mhux biss bhala kappillan imma stinka biex il-Marsa tikseb dinjita` u titjib fiziku.
Bena l-Knisja tal-Madonna tad-Dmugħ fil-Marsa, illum Marija Reġina. Skond ma ħalla miktub fid-djarji tiegħu minħabba dan il-pass is-superjuri tiegħu keċċewh minn kappillan u bagħtuh fil-kunvent tal-Furjana f'ċella viċin it-toilet.
Kien magħruf ghall-karattru sod li kellu u l-fehmiet tiegħu ggwidaw għadd ta' studenti tiegħu li wara laħqu patrijiet. Sa hemm min isostni li kien ħalla hafna influwenza fuq l-Arċisqof Mikiel Gonzi.
Aspett li spikka hafna f’hajtu kien il-gurnalizmu. Kiteb ghadd enormi ta’ artikli li dehru f’gurnali bhall-Lehen is-Sewwa u l-orizzont. L-ahhar artiklu deher ftit jiem biss qabel ma miet.
L-artikli ta’ qabel l-1971 huma artikli li ddefendew il-pozizzjoni tal-Knisja. Dak kien zmien l-interdett u s-sittinijiet ma kinux facli ghal Malta.
Feliċjan għalkemm kellu tendenzi xellugin imma mhux eċċesivi kien daħal għad-difiża tal-knisja b'ruħu u ġismu. Kien protagonist ewlieni fit-twaqqif tal-Partit tal-Ħaddiema Nsara li kien jitmexxa minn Toni Pellegrini. Hu nnifsu kien mar ifittex il-kandidati ghall-elezzjonijiet.
Wara li tela' l-Gvern Laburista fl-1971 u ftit qabel kien saret il-paċi mal-Knisja, Feliċjan biddel it-ton u minn għadu tal-Partit Laburista sar ħabib kbir u intimu. Per eżempju, għall-Feliċjan id-deċiżjoni ta' Mintoff li jifforma gvern wara l-elezzjoni ta' l-1981 kienet tajba.
L-artikli ta' din il-ħabta wieżnu l-politika Laburista u saħħansitra ħa pożizzjonijiet kontra l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca biex jiddefendi l-politika Laburista.
Uża ghadd kbir ta' nome de plumes. L-iktar popolari Baruk, Don Camillo u Von Galen. Kienu bosta dawk li attribew lilu n-nome de plume Gladiator imma hemm xhieda biżżejjed li tikkontradixxi lil min jgħid hekk.
Patri Felicjan hu wkoll l-awtur ta' għadd ta' kotba.
Il-patri rabat ismu max-xandir u bosta jiftakruh fil-programm Djalogu li kien isir fuq l-MTV u Zmienna li kien jixxandar fuq ir-radju nazzjonali. Tista’ tghid li tkellem dwar ghadd ta’ suggetti taht il-kappa tax-xemx. Ma kienx jiddejjaq jitkellem fuq suggetti bhas-sess li dik il-habta ma tantx kienu popolari.
Bis-saħħa tiegħu, is-soċjetà tal-M.U.S.U.E.M. kisbet l-art li nafu biha llum biex setghet tibni l-kwartieri taghha. Minflok darba kien hemm ċimiterju abbużat.
Bilocca miet nhar it-Tlieta 5 ta' Mejju, 1987.
Fis-sena 2004, Sergio Grech hareg bijografija dwaru li ghall-ewwel darba kixfet ghadd ta’ dokumenti godda.