Pika ta' Forrest
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Ochotona forresti Thomas, 1923 |
Il-Pika ta' Forrest (Ochotona forresti) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja f'ambjent ta' rdum mal-ġnub tal-muntanji li jħarsu lejn ix-xemx f'ogħli ta' mhux inqas minn 2,600m u mhux aktar minn 4,400m.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-Piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Il-Pika ta' Forrest qegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi li ma hemmx biżżejjed informazjoni dwar il-popolazjonijiet tagħha u qegħda imniżżla fi stat ta' "tagħrif insuffiċenti" ("Insufficiently known").
[editja] Distribuzjoni
Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' 4 pajjiżi ta' l-Asja li huma Indja, Ċina, Butan u Mjanmar.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Conothoa: Piki tal-muntanji
- Pika ta' Forrest, Ochotona forresti
- Sottoġeneru Conothoa: Piki tal-muntanji
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona forresti. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.