Pika tal-kullar
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Pika tal-kullar Ochotona collaris
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Ochotona collaris Nelson, 1893 |
Il-Pika tal-kullar (Ochotona collaris) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurni u asoċjali jew solitarja, tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, normalment f' ambjent muntanjuż u bil-ġebel.
Din hija speċi komuni pjuttost żgħira ta' mhux aktar minn 160 gramma. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika u relatata fil-qrib mal-Pika Amerikana (Ochotona priniceps).
Il-Pika tal-kullar timmatura sesswalment ta' l-età ta' sena u jkollhom botton ta' 2 jew 3 żrameġ fis-sena. Dawn jibqgħu fil-bejta għal bejn wieħed u ieħor 30 jum, ftit ġranet wara jsiru indipendenti u f'qasir żmien dawn jitilqu mill-arja fejn jitwieldu u jinfirdu minn ma' l-omm biex ifittxu territorju għalihom.
[editja] Distribuzjoni
Din l-ispeċi mifruxa mal-Amerika ta' fuq, fil-Kanada u l-Istati Uniti.
[editja] Klassifikazjoni
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana
- Speċi
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Sottoġeneru Pika: Piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona collaris. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern.