Serp
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Hawn madwar 2,500 speċi differenti ta' sriep, u 300 minnhom għandhom gidma velenuża, iżda madwar 50 biss huma perikolużi għall-bniedem u jikkawżaw madwar 40,000 mewt fis-sena. Is-sriep tal-baħar huma iktar perikolużi minn dawk ta' l-art.
[editja] Anatomija
Is-sriep m'għandhomx widnejn, imma 'jisimgħu' mis-sens tal-ħass billi jħossu l-vibrazzjonijiet tal-art. Ix-xedaq tagħhom mhux magħqud mal-bqija tar-ras u jista' jinfetaħ biex jibilgħu xi ħaġa li hi ħafna ikbar minn rashom. L-itqal serp mis-sriep kollha hu l-Anakonda, li jista' jkun jiżen 'il fuq minn 225kg.