Surmast Carmelo Caruana
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Mro. Carmelo Caruana twieled Ħal Luqa fit-3 ta’ Novembru 1927 bin Gwann Battista u Giovanna nee’ Farrugia. Huwa iżżewweġ lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954. Kellu żewġ ulied, bintu Joane u Joseph li hu ukoll mużikant u bandist ma' diversi baned fosthom l-banda tagħna.
Minn ckunitu kellu rabta kbira ma’ l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija peress li missieru kien attiv fil-kazin u membru fil-Kumitat. Missier is-Surmast Caruana , is-Sur Gio Batta Caruana kien ghal diversi snin Direttur tal-Kazin, kaxxier ,kif ukoll President fi zmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945 u ghalhekk kien jiehu lil ibnu l-kazin mieghu. Mro Carmelo Caruana ukoll kien membru tal-kumitat u serva f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bhala arkivista meta fl-1952 l-Ghaqda ghalqet 70 sena , u gie inwgurat l-kazin prezenti flimkien ma strumentatura gdida u Arkivju Muzikali gdid. Propju fl-2002 meta l-Ghaqda fakkret l-50 sena min din il-grajja l-Ghaqda pprezentat memento lilu kif ukoll lil Frans Mifsud, l’ unici tnejn li kien ghadhom hajjin min dak il-kumitat. Mro Carmelo Caruana kien wiehed minn ta’ l-ewwel li nhatar Membru Onorarju tal-Ghaqda taghna.
Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro Carmelo Caruana kienet dik fil-kamp muzikali. Kif kienet drawwa f’dawk iz-zminijiet, jigifieri ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Membri jew Bandisti kienu jghallmu dak li jafu lil ohrajn. Ma kienx hawn skejjel tal-muzika. Fil-kas ta’ Mro Caruana kien propju missieru Gan Patist , li kien muzikant, li beda jghallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri, ukoll iben l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija kien iz-ziju tieghu, hu missieru. Mal-Banda Sant’ Andrija huwa hareg idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tieghu ghand Mro Antonio Muscat Azzopardi u wara tghallem l-armonija u l-vjolin that Mro Agostino Camilleri.
Ghal zmien twil kien jifforma parti mill-Kappella tas-Surmast Lorenzo Galea tal-Birgu u tas-Surmast Camilleri, maghrufa ghal hafna servizzi religjuzi f’diversi knejjes ta’ Malta u Ghawdex. Beda l-karriera tieghu bhala Surmast mal-Banda Sant’ Andrija fejn dan idderiega ghal diversi darbi bhala ‘co-director’ tal-banda. L-ewwel darba li dderiega l-Banda Sant’ Andrija ufficjalment bhala sostitut tas-Surmast A. Muscat Azzopardi kien fil-15 t’Awwissu 1949, min dakinhar dderiega lil Banda ghal bosta drabi Is-Surmast prezenti ta’ dak iz-zmien Mro Antonio Muscat Azzopardi kien jemmen li s-Surmast Caruana kellu talent muzikali kbir u ghamel min kollox biex jghin lil dan it-talent johrog fil-berah. Kienet drawwa ta’ Mro Antonio Muscat Azzopardi li jrawwem lil Mro Caruana billi jhallieh jidderiegi l-kuncerti tal-Banda. Kont tarhom wara l-kuncert jiddiskutu l-muzika maghzula, kif ukoll d-direzzjoni.
Wara l-Gwerra b’Malta prattikament kollha mgarrfa , l-Banda Sant’ Andrija dejjem baqghet attiva bil-kuncerti. Mro Carmelo Caruana flimkien ma diversi bandisti kienet l-hena taghhom li johorgu l-muzika u jdoqqu kuljum kull filghaxija. Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin) trawmu diversi bandisti eccezzjonali fosthom is-Surmast presenti tal-Banda Sant Andrija’ Mro Paul Schembri (Euphonium), John Calleja (kurunetta) , GianMari Busuttil (Baxx) , Guzeppi Bartolo (Trumbun) u diversi ohra. Bandisti ta’ talent kbir li Mro Caruana gharaf juza is-servizzi taghhom kemm dam Surmast ta’ Baned ohra madwar Malta.
Drawwa ohra li ghenet ittejjeb it-talent tal-Mro Caruana kienet li Mro Muscat Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jigu rrangati ghal Banda taghna kif ukoll ghall-Banda l’Isle Adam tar-Rabat fejn Mro Muscat Azzopardi kien ukoll Surmast. Kien ihalli f’idejn Mro Caruana biex jirranga l-muzika. Mro Carmelo Caruana zgur jibqa maghruf ghal kompozizzjonijiet u arrangamenti muzikali li ghamel ghal baned.
Meta kont tidhol fl-istudju tieghu fejn kien jikkomponi u jirranga kont thoss li dhalt f’tempju tal-muzika. Kull fejn iddawwar wiccek tara kotba, partituri , CD’s kollox marbut mal-muzika. Impressjonanti l’ammont ta’ arrangamenti li kellu arkivjat , kif ukoll jimperssjonak ghax meta kont issaqsih ghal xi bicca muzika, kien jghidlek, “ Iva ghandi zewg arrangamenti”. Hu ipprepara tant xoghlijiet muzikali biex setghu jkunu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu kif ukoll minn baned ohrajn. Xiehda ta’ dan Mro Carmelo Caruana nhatar Maesto Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija ,Ghaqda Muzikali Lourdes Paola, Banda Beland taz-Zejtun, ta’ Birzebbugia, ta’ Bormla, ta’ Hal Qormi, kif ukoll ta’ San Lawrenz tal-Birgu.
Ghat-talenti muzikali tieghu kien maghzul bhala Surmast tal-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Haz Zabbar fl-1963 u dam ghal ghaxar snin Surmast. Fl-1969 ma din l-istess banda dderiega l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija nhar il-Festa f”Hal Luqa.
Kien fl-1973 meta biex inghaqad bhala Surmast tal-King’s Own kellu jhalli l-Banda ta’ Haz Zabbar. Fil-kazin tal-Banda tal-Belt huwa ga kien ilu aktar minn ghaxar snin bhala Assistent, jghallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast l-Maggur Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien jdoqq il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderiega l-King’s Own kienet fil-Festa tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 gie celebrat ic-Centenarju mit-twaqqif tas-Socjeta u Banda King’s Own. Il-King’s Own that id-direzzjoni ta’ Mro Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija ‘Dal Nuovo Mondo’ ta’ Dvorak li kollha spiccaw b’applawsi kbar. Min dakinhar il-quddiem kienu biss successi bil-programmi li ta’ kull sena l-Banda Cittadina King’s Own kienet tesegwixxi madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll fil-programmi gewwa l-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Nistghu nghidu li l-maggoranza tal-karriera muzikali tieghu nafuha ma’ din il-banda fejn dam ghal 29-sena shah. Fl-2002 kellu jirtira ghal ragunijiet ta’ sahha, bhala apprezzament tal-hidma li ghamel ma-din il-Banda l-kumitat hatru bhala Surmast Emeritus.
Mro Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tal-Banda Kristu Re’ ta’ Rahal Gdid bejn l-1987 u 1993.
Ghal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bhala ‘draughtsman’.
Huwa dejjem hadem biex ikattar u jghallem is-sbuhija tal-muzika. Hafna jiftakru il-programm ta’ Peter Paul Ciantar ‘Siesta’ kuljum wara nofsinhar fuq FM Bronja. Dan kien program radjofoniku fejn l-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi bcejjec ta’muzika klassika. Kull nhar ta’ Hamis is-Sur Ciantar kien icempel lil Mro Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompozitur partikolari. Ukoll waqt il-kuncerti kien jhobb jispjega dwar il-muzika li ser tindaqq.
L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo Caruana. Kien jigi bil-qalb kollha jiltaqa ma shabu membri tal-Ghaqda taghna. Kull meta is-Socjeta’ kellha bzonn xi bicca muzika dan kien jghaddiha lil arkivista ‘senza interessi’. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast prezenti kien jkun ndispost huwa kien jidderiegi l-banda minfloku. Kien dejjem unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’ specjalment min bniedem li ghamel isem ghal Hal Luqa madwar Malta kollha.
Mro Carmelo Caruana miet nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2005 fl-omor ta’ 78 sena. Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ Rahal Gdid. Fil-funeral tieghu hadu sehem zewg baned Maltin. Il-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid , b’korteo gewwa Rahal gdid. Kif ukoll sar Korteo iehor gewwa rahal twelidu, Hal Luqa, bil-Banda Sant’ Andrija. Diversi kienu l-baned li gew bl-istandard taghhom, apparti l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija u L-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid li daqqew kien hemm rappresentati dawn il-baned, il-King’s Own Band tal-Belt Valletta, l-Banda Beland taz-Zejtun, Isle Adam tar- Rabat, Banda San Lawrenz u Prince of Wales tal-Birgu, Lilly Band u Sta Marija tal-Mqabba, Banda Sta Katerina taz-Zurrieq,Banda Lourdes Paola, San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, Santa Marija tal-Qrendi u Nicolo Isourd tal-Mosta. Dan kollu b’turija ta’ rispett kbir li kellu dan is-surmast mill-komunita bandistika Maltija.