Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Albanija
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
It-Tim Internazzjonali tal-Futbol Albaniż daħal l-ewwel darba fix-xena tal-futbol internazzjonali fis-7 t'Ottubru ta' l-1946. L-ewwel logħba kienet kontra l-Jugoslavja fejn sofrew telfa fil-belt Albaniża bl-iskor ta' 2 bi 3 (Albanija 2 - 3 Jugoslavja). Fl-istorja tal-futbol l-aħjar li marru kien fit-12 ta' Frar ta' l-2003 ġewwa Norcia, l-Italja, fejn rebħu lill-Vjetnam 5 b'xejn (Albanija 5 - 0 Vjetnam). Iżda l-agħar riżultat li kisbu kien fl-24 t'Awissu 1950 ġewwa Tirana (l-Albanija), fejn tilfu 12 b'xejn ma' l-Ungerija (Albanija 0 - 12 Ungerija).
Assoċjazzjoni: Football Association of Albania (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' l-Albanija)
Il-Kowċ Preżenti: Otto Baric (mill-Kroazja), 2006-
It-Top Scorer: Alban Bushi (b'14-il gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: ALB
Ranking tal-FIFA Preżenti: it-88 post
L-Aħjar Ranking tal-FIFA (tul iż-żminijiet): it-62 post f'Awissu 2006
L-Agħar Ranking tal-FIFA (tul iż-żminijiet): il-124 post f'Awissu 1997
Ranking tal-Elo: 84 post