Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Kroazja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
It-tim tal-futbol Kroat li hu mlaqqam Vatreni (L-Irjus Sħan) qatt għadhom ma sofrew telfa waħa f'darhom u meta sofrew telfa f'xi pajjiż ieħor għadhom qatt ma tilfu b'xi riżultat tal-mistħija. Fil-fatt l-agħar riżultat minn taħt kien ta' tliet gowls. Dawn seħħu fl-20 t'April 1994 kontra it-tim Slovakk (Slovakja 4 - 1 Kroazja), fid-19 ta' Ġunju kontra l-Portugiżi (Portugall 3 - 0 Kroazja) u kontra Franza fit-13 ta' Novembru 1999 (Franza 3 - 0 Kroazja). Dan it-tim tal-Kroazja ma tistax tgħid li hu xi tim mimli b'storja li ma tispiċa qatt għax l-ewwel logħba li lagħab kienet fis-17 t'Ottubru 1990 kontra l-Istati Uniti fejn gawda l-ewwel rebħa wkoll (Kroazja 2 - 1 Stati Uniti). L-ikbar żewġ rebħiet għamilhom fis-6 ta' Ġunju 1998 kontra l-Awstralja (Kroazja 7 - 0 Awstralja) u l-oħra riċenti kontra l-Andorra eżatt fis-7 t'Ottubru 2006 (Kroazja 7 - 0 Andorra), fil-kwalifikazzjoniet għall-Europan Championship 2008.
Mill-1996 beda jirnexxielu jidħol ma' l-aħħar timijiet biex jikkompetu bejniethom għal żewġ tazzi ta' valur; it-Tazzja tad-Dinja u l-European Championship Cup. Fit-Tazza tad-Dinja ħa sehem fl-1998, fejn ġie t-tielet post, fl-2003 u fl-2006. Fl-European Championship ħa sehem fl-1996 u fl-2004.
Assoċjazzjoni: Hrvatski Nogometni Savez
Il-Kowċ Attwali: Slaven Bilic
It-Top Scorer: Davor Suker (b'45 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: CRO
Ir-Ranking tal-FIFA: 19-il post
L-Aħjar Ranking: 3 post (Jannar ta' l-1999)
L-Agħar Ranking: 125 post (Marzu ta' l-1994)
Ir-Ranking tal-Elo: 19