Trasport
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Werrej |
[editja] Dwar l-Ivvjaġġar
Il-fuq minn 500 miljun passeġier issifer kull sena fuq s-servizzi tal-linji ta' l-ajru sekuduti madwar id-dinja. L-akbar ajruport fid-dinja hu dak ta' Riyadh, fl-Għarabja Sawdita; u l-iżjed ajruport li għandu xogħol hu ċ- Chicago's O'Hare Airport (Stati Uniti) fejn jinżel jew jitlgħa ajruplan kull 35 sekonda. L-iqsar titjira li qatt saret hi dik mill-Gżira Westray sa Papa Westray fl-Iskozja, fejn ħadet biss żewġ minuti.
Il-Concorde jivvjaġġa aktar mill-veloċità tad-dawl. Jihu biss tliet siegħat biex itir minn Londra sa New York, distanza ta' 5,631km. Il-Concorde għandu veloċità ta' 2,413.5 kilometri fis-siegħa. Dan beda s-servizz tiegħu fl-1976.
L-Istati Uniti ta' l-Amerika għandha l-iżjed kilometri ta' toroq minn kull pajjiż ieħor. Għandha wkoll l-akbar numru ta' vetturi b'vettura għal kull 1.5 persuni. Differenza kbira bejn iċ-Ċadd li għandu 1.5 karozzi għal kull elf persuna.
Madwar 7,500,000 ta' karozzi ssiru kull sena fl-Istati Uniti. Umbbad il-Ġappuniżi jiġu fit-tieni post bħala l-iżjed li jipproduċu karozzi b'madwar 7 miljun vettura fis-sena.
L- Orient Express hija l-aktar vettura komda biex tivvjaġġa fuqha. Din il-ferrovija tibda minn Pariġi (Franza) sa Istanbul (Turkija). Kif ukoll hemm oħra li tibda minn Londra (Ingilterra) sa Venezja (Italja).
[editja] Serq mill-Ferroviji
Il-fuq minn 2,500,000 sterlina fi flus ġew misruqa minn fuq ferrovija ġewwa Buckinghamshire, l-Ingilterra, fl-1963. Madwar 1/7 tal-flus biss ġew misjuba.
[editja] Rekord fil-Veloċità
Il-lokomottiv Ingliż LNER 'Mallard' laħaq il-veloċità ta' 202.77 kilometri fis-siegħa fl-1938. Kien l-iżjed darba li ferrovija li taħdem bil-fwar laħqet dik il-veloċità kollha.
Żewġ lokomottivi ta' l-elettriku minn Franza laħqu l-ispeed rekord tal-ferroviji. Fl-1955 ġerew vaguni b'speed ta' 330.8 kilometri fis-siegħa.
L-iżjed veloċità li laħaq ħelikopter hi dik ta' 368 kilometru fis-siegħa fl-1978.
Fl-1978 saret l-iżjed veloċità fuq l-ilma, dik ta' 511-il kilometru fis-siegħa, dn saret minn K P Wardby ta' l-Awstralja. Ir-rekord li sar biex qasmu l-Atlantiku bil-baħar hu dak ta' 62 siegħa u 7.47 minuti bl-ispeedboat 'Gentry Eagle' fl-1989.
[editja] Fuq l-Art
L-ewwel tip ta' vetturi probabli kienu żlitti ta' l-injam. Umbadd l-Bniedem tal-Bidu beda juża' zkuk tondi biex iġġorr oġetti tqal. Dawn it-tipi ta' zkuk kien l-ewwel forma ta' rota.
Ir-Rumani bnew iżjed minn 80,000km f'toroq iċċangati biex imexxu l-armati tagħhom faċilment f'partijiet differenti ta' l-Imperu. F'dak iż-żmien vjaġġ minn Londra sa Ruma kien jiħu sitt ijiem - u baqa' hekk sa 1,600 sena wara.
Fil-bidu ta' 1600 bfew jintużaw il-karettuni u dawn baqaw jintużaw sa żewġ sekli wara. Vaguni b'żewġ roti, bħal karozzini, saru popolari fl-1800. Il-kuċċier kien joqgħod quddiem il-passiġieri. Kienu bħal taxis ta' dak iż-żmien.
L-ewwel tip ta' rota (biċikletta) saret f'nofs is-seklu 17, kienet mgħarufa bħala l-'Hobbyhorse'. Din ma kelliex pedali u ċ-ċiklist kellu joqgħod jibgħota b'saqajh ma' l-art. Wara fl-1870 ġiet ivvintata ir-rota 'penny-farthing'. Din kellha pedali fuq rota kbira quddiem u r-rota ta' wara kienet veru żgħira.
Fl-1885 Gottlieb Daimler bena l-ewwel mutur bil-petrol. Dan kien jista' jilħaq il-veloċità ta' 19-il kilometru fis-siegħa. Fl-1978 umbadd ir-rekord tal-veloċità bil-mutur ken dak ta' 512.73 kilometri fis-siegħa.
L-ewwel karozza bil-petrol inbniet fl-1885 mill-Inġinier Ġermaniż Karl Friedrich Benz. Din kellha tliet roti, rota żgħira quddiem u tnejn kbar fuq wara. L-ispeed ta' din il-karozza kien ta' 14.4 kph.
Fl-1908 bdiet il-produzzjoni massiva tal-karozzi bl-introduzzjoni tal-'assembly line' mill-industrijalist Amerikan, Henry Ford. Il-Model T kienet l-ewwel karozza li ġiet immanufatturata b'dan il-mod.
Fl-1934 Percy Shaw ivvinta l-'cat's eye'.
L-ewwel dwal ta' traffiku sar fl-1919 ġewwa Detroit, l-Istati Uniti
It-toroq moderni bdew fl-1920 bil-bini ta' l-'autobahns' Ġermaniżi u l-'autostradi' Taljani.
Allitalia Air France Lufthansa Aeroflot
Subaru Ford Chrysler Suzuki Honda Skoda Zastava Yugo Toyota Nissan Mazda Hyundai Kia Daewoo Daihatsu Maruti Perodua Audi BMW Volkswagen Chevrolet Hillman Datsun Vauxhall Opel Rover Tata Renault Citroen Peugeot Seat Fiat Alfa Romeo Lancia