Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Édith Piaf - Wikipedija

Édith Piaf

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Edith Piaf
Edith Piaf

Édith Piaf (Twieldet id-19 ta’ Diċembru 1915 – mietet 10 ta’ Ottubru 1963), imwielda Édith Giovanna Gassion u imlaqqma "la Môme Piaf", kienet kantanta Franċiża tal-music-hall u tal-varjetà. Kellha ħafna suċċessi bil-kanzunetti bil-Franċiż, bħal La Vie en rose, Non, je ne regrette rien, Hymne à l'amour, Mon légionnaire u Milord. Piaf kellha fama internazzjonali, minkejja problemi serji f’saħħitha. B’personalità qawwija ispirat bosta kompożituri u kienet il-mentriċi ta’ ħafna artisti żagħżagħ. Kienet ukoll attriċi fit-teatru u ċ-ċinema.

Werrej

[editja] Bijografija

[editja] Tfulija

Édith twieldet Pariġi fil-faqar u l-miżerja. Kienet bint Louis Alphonse Gassion Franċiż, kontorsjonista fiċ-ċirku, imwieled in-Normandija u Annetta Maillard, kantanta tat-triq, ta’ oriġni Franċiża-Taljana/ Alġerina.

Annetta kienet fqira wisq biex trabbija u fdata għal kollox ma ommha, Aïcha Saïd Ben Mohammed li kienet mill-Alġerija. In-nanna kien moħha fix-xorb biss u tant kienet tittraskura lit-tifla u tħalliha fil-ħmieġ li din nksiet ekżema u għolbot esaġerat. Baqgħet 18-il xhar f’din il-kundizzjoni sakemm missierha ħa permess biex jiġi mill-front u ħadha għand ommu. Din in-nanna kienet is-sidt ta’ burdell f’Bernay fin-Normandija. Édith kienet il-fessuda tal-prostituti fid-dar, u għall-ewwel darba setgħet tiekol sakemm tixba’, tilbes ilbiesi sbieħ u tixrob il-ħalib tajjeb tan-Normandija. Meta kellha xi 7 jew 8 snien, għamiet temporanjament għax qabditha l-keratite. In-nanna semgħet b’xi tfajla li kellha din il-marda u kienet fieqet wara li kienet talbet fuq il-qabar ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux, u ddeċidiet li tmur hemm mat-"tfajliet" u titlob għall-fejqan tat-tifla. Ħadu t-tren u marru jitolbu fuq il-qabar tal-qaddisa fejn ġabru ftit ħamrija biex kull fil-għaxija jagħmluha mal-faxxa fuq għajn Édith. Wara xi tmint ijiem, Édith fieqet! Hi dejjem baqgħet devota ta’ Santa Tereża "iż-żgħira" u baqgħet iżżomm domna tagħha mdendla ma’ għonqha għall-ħajjitha kollha.

Fit-tmiem tal-gwerra, missierha kien immobilizzat u ħadha togħqod miegħu, biex tgħix il-ħajja ta’ l-“artiste” fiċ-ċrieki żgħar li jimxu minn post għall-ieħor u wara fil-ħajja miżerabbli ta’ kantanta tat-triq. Kien, meta bħal ommha kienet qegħda tkanta l-kanzunetti popolari ma’ missierha, li Édith uriet il-kwalità eċċezzjonali ta’ leħinha.

Fi Frar 1933, ta’ 17-il sena kellha tifla, Marcelle, minn-namrat tagħha ta’ dak iż-żmien, Louis Dupont. It-tifla mietet b'attak tal-meninġite sentejn wara.

[editja] Kantanta tal-cabaret

Edith Piaf
Edith Piaf

Fl-1935, Louis Leplée, il-manager tal-cabaret Le Gerny's li qiegħed fix-Champs-Élysées, skopriha meta kienet tkanta fit-triq. Dak iż-żmien, Piaf kienet tkanta l-iżjed il-kanzunetti ta’ Fréhel. Leplée għażillha "la Môme Piaf" bħala isem tal-palk; "piaf" bil-gergo ta’ Pariġi, tfisser "għasfur tal-bejt". U Édith kienet suċċess kbir! It-talenti u l-leħen straordinarju tagħha attiraw l-attenzjoni ta’ ħafna, fosthom il-kompożitur Raymond Asso u l-ħabiba kbira u fidila tagħha futura Marguerite Monnot, kompożitur u pjanista virtuoso li kkumpanjatha matul il-karriera kollha tagħha u li kkomponitilha l-mużika ta’ Mon légionnaire, Hymne à l'amour, Milord u Amants d'un jour.

Fl-1936, irrekordjat l-ewwel diska, Les Mômes de la cloche, mat-tiketta Polydor u kellha suċċess immedjat. Imma f’April sabet ‘il Leplée maqtul fid-dar tiegħu ta’ Pariġi. Jidher li Leplée kien imdaħħal f’xi gangs tal-Pigalle. Édith inqabdet f’dan l-iskandlu u kellha tmur lura minn fejn ġiet fil-miżerja tal-kant fit-triq u fil-cabarets żgħar.

Reġgħet għamlet kuntatt ma’ Raymond Asso (awtur ta’ Mon légionnaire u ta’ Fanion de la Légion), li sar in-namrat tagħha, ħadha f’idejh u ikkowċjaha biex issir kantanta professjonali tal-music-hall.

[editja] Stilla tal-music-hall

F’Marzu 1937, Édith bdiet il-karriera fil-music-hall fit-teatru ABC f’Pariġi, fejn immedjatament saret star immensa tal-kanzunetta Franċiża, maħbuba mill-publiku u mxandra fuq ir-radju.

Bħala star ta’ l-aħħar tas-snin tletin, Piaf ittrijumfat fil-Bobino kif ukoll fit-teatru f’Le Bel Indifférent fl-1940, dramm f'att wieħed miktub speċjalment għaliha minn Jean Cocteau li hi interptretat b’suċċess kbir ma’ l-attur Paul Meurisse. Imsieħba ma’ Paul, ħadmet fil-film Montmartre-sur-Seine ta’ Georges Lacombe (1941). Kien waqt li kienu qegħdin jagħmlu dal-film li saret taf ‘l Henri Contet, li sar, bħalma kienet saret Marguerite Monnot, wieħed mill-awturi li ġabilha l-fortuna.

Matul l-okkupazzjoni Ġermaniża, Édith, li kienet waqqet l-isem "La Môme Piaf" u saret "Édith Piaf", kompliet tagħti l-kunċerti u ma’ beżgħetx minn-nazi : kienet tinterpreta l-kanzunetti f’sens doppju billi tuża l-kliem ta’ l-imħabba biex tinkuraġġixi r-Reżistenza (Tu es partout) u kienet ukoll tipproteġi l-artisti Lhud mill-minaċċja tal-milizzja u tal-Ġermaniżi.

Fl-1944, fil-Moulin Rouge, Édith iltaqgħet mal-kantant żagħżuġh tal-music-hall Yves Montand u kienet imħabba ma’ l-ewwel dehra. Diġà famuża u adurata, hi ħadet ħsieb li trawmu fis-sengħa u l-ħajja ta’ artista. Għinitu ħafna fl-iżvilupp tal-karriera tiegħu billi laqqagħtu ma’ bosta nies importanti fid-dinja ta’ l-ispettaklu ta’ dak iż-żmien, bħal Joseph Kosma, Henri Crolla, Loulou Gasté, Jean Guigo, Henri Contet, Louiguy, Marguerite Monnot, Philippe-Gérard, Bob Castella, Francis Lemarque u oħrajn.

Dik is-sena miet missier Édith u s-sena ta’ wara mietet ommha.

Fl-1945, Piaf mingħajr l-għajnuna ta’ ħadd, kitbet il-versi ta’ La Vie en rose (li damet ma rrekordjata sa l-1946), l-iżjed kanzunetta popolari u famuża tagħha li daż-żmien saret klassika. Kienet taħdem ukoll fil-Comédie-Française.

[editja] Karriera internazzjonali

Fl-1948, meta kienet New York fuq tournée glorjuż kellha l-ikbar rumanza ta’ ħajjitha mal-boxer Franċiż, Marcel Cerdan li kien joqgħod il-Marokk. Cerdan kien ħa l-kampjonat tad-dinja tal-boxing ta’ piż medjan fit-2 ta’ Settembru 1948, imbagħad miet f’inċident bl-ajruplan fit-28 ta’ Ottubru 1949 fuq titjira Pariġi-New York, huwa u sejjer ħdejha. Mifnija bin-niket, Édith Piaf bdiet tieħu dożi qawwija ta’ morfina. B’tifkira tiegħu kantat Hymne à l'amour li kellha suċċess kbir kif ukoll Mon Dieu.

Fl-1951, l-awtur-kompożitur-kantant żagħżugħ Charles Aznavour sar il-fac-totum tagħha: segretarju, xufier u konfident. Fid-29 ta’ Lulju 1952, iżżewġet lill-kantant Franċiż Jacques Pills, u kellha bħala xhud l-attriċi Marlène Dietrich, imma iddivorzjatu fl-1956.

Fl-1953, bdiet il-kura tad-diżintossikazzjoni u wara l-fama tagħh bħala star tal-music-hall infirxet mad-dinja kollha u b’mod partikulari ma' l-iStati Uniti. Kellha suċċess kbir fl-1956 fil-Carnegie Hall ta’ New York, fejn kienet tidher regularment.

Kellha rumanza ma' Georges Moustaki, li varat f’karriera tal-kant. Miegħu kellha inċident serju bil-karozza fl-1958, li għamel agħar is-saħha ħażina tagħha u d-dependenza fuq il-morfina. Irrekordjat il-kanzunetta Milord, li kitbet hi stess u li kienet waħda mill-ikbar suċċessi.

Fl-1959, Édith ħassa ħażin fuq il-palk waqt tournée f’New York. Kellha tagħmel bosta operazzjonijiet kirurġiċi u marret lura Pariġi fi stat miżeru u mingħajr Moustaki, li kien telaqha.

Fl-1961, fuq talba ta’ Bruno Coquatrix, Édith Piaf tat serje ta’ kunċerti fl-Olympia, Pariġi, li kien ħa jagħlaq minħabba problemi finanzjarji. Dawn il-kunċerti kienu fost l-iżjed memorabbli u komoventi tal-karriera tagħha. F’din is-sala preferita tagħha interpretat Non, je ne regrette rien, kanzunetta li kitbilha Charles Dumont u li saret parti minnha. Edith salvat l-Olympia, imma bilkemm kellha saħħa tieqaf fuq saqajha jew tiċċaqlaq, u rnexxielha tkanta biss billi tieħu kwantità kbira ta’ morfina.

Fid-9 ta’ Ottubru 1962, meta kellha 47 sena, mifnija, marida u ddrogata, iżżewget lil Théo Sarapo, kantant gustuż żagħżugħ ta’ 26 sena u kif stqarriet hi, xi mdaqqiet kien qiesu "iben li qiegħed jieħu ħsieb ommu marida". Kantaw flimkien À quoi ça sert l'amour ?

Fil-bidu ta’ l-1963, irrekordjat l-aħħar kanzunetta : L'Homme de Berlin.

[editja] Il-Mewt

Il-qabar ta’ Édith Piaf fiċ-ċimiterju ta’ Père-Lachaise ta’ Pariġi
Il-qabar ta’ Édith Piaf fiċ-ċimiterju ta’ Père-Lachaise ta’ Pariġi

Édith Piaf mietet fl-10 ta’ Ottubru 1963, Plascassier (raħal f'Grasse fl-Alpes-Maritimes) fl-età ta’ 47 sena, mifnija mill-eċċessi tagħha, il-morfina u dbatijiet ta’ ħajjitha kollha. Il-ġarr tal-katavru tagħha lejn Pariġi kien organizzat bil-moħbi u illegalment, u l-mewt tagħha tħabbret uffiċjalment fil-11 ta’ Ottubru, Pariġi, l-istess jum tal-mewt ta’ Jean Cocteau. Hemm xniha li tgħid li Cocteau (li baqa’ jikkorrespondi ma’ Édith kontinwament) qatel ruħu b’idejh meta sema’ bl-aħbar ta’ mewtha.

Il-funeral sar fiċ-ċimiterju ta’ Père-Lachaise, fejn inġabret folla immensa t’ammiraturi biex jagħtuha l-aħħar tislimiet. L-aħħar raġel tagħha, Théo Sarapo, li miet f’inċident bil-karozza fl-1970, hu midfun magħha

[editja] Diskografija

  • 1935 : Les Mômes de la Cloche, tiketta Polydor l-ewwel 78 tours irrekordjati minn Piaf. Direttur Artistiku : Jacques Cannetti
  • 1954 : De l'accordéoniste à Milord
  • 1961 : Olympia 1961

[editja] Il-kanzunetti l-kbar tagħha

  • 1937 : Mon légionnaire, kliem ta’ Raymond Asso u mużika ta’ Marguerite Monnot
  • 1940 : L'Accordéoniste, kliem u mużika ta’ Michel Emer
  • 1946 : Les Trois Cloches ma’ Les Compagnons de la chanson, kliem u mużika ta’ Jean Villard Gilles
  • 1946 : La Vie en rose, kliem ta’ Édith Piaf, mużika ta’ Louiguy u Marguerite Monnot (non créditée)
  • 1947 : Une chanson à trois temps, kliem u mużika ta’ Anna Marly
  • 1950 : Hymne à l'amour, kliem ta’ Édith Piaf u mużika ta’ Marguerite Monnot
  • 1951 : Padam... Padam..., kliem ta’ Henri Contet u mużika ta’ Norbert Glanzberg
  • 1952 : Mon manège à moi, kliem ta’ Jean Constantin u mużika ta’ Norbert Glanzberg
  • 1954 : Sous le ciel de Paris, kliem ta’ Jean Dréjac u mużika ta’ Hubert Giraud, mill-film, Sous le ciel de Paris ta’ Julien Duvivier
  • 1956 : L'Homme à la moto, adattament minn Jean Dréjac minn Black Denim Trousers And Motorcycle Boots ta’ Jerry Leiber & Mike Stoller
  • 1956 : Les Amants d'un jour, kliem ta’ Claude Delécluse u Michelle Senlis, mużika ta’ Marguerite Monnot
  • 1957 : La Foule, kliem ta’ Michel Rivgauche, kanzunetta ispirata minn Que nadie sepa mi sufrir (xi drabi tissejjaħ Amor de mis Amores), valz Peruvjan ta’ oriġni Argentin, kliem originali ta’ Enrique Dizeo u mużika ta’ Ángel Cabral
  • 1959 : Milord, kliem ta’ Georges Moustaki u mużika ta’ Marguerite Monnot
  • 1960 : Non, je ne regrette rien, kliem ta’ Michel Vaucaire u mużika ta’ Charles Dumont (użata minn Johnny Hallyday għall-film Sueurs)
  • 1960 : Mon Dieu, kliem ta’ Michel Vaucaire u mużika ta’ Charles Dumont.
  • 1962 : À quoi ça sert l'amour, kliem u mużika ta’ Michel Emer

[editja] Il-kanzunetti tagħha

Lista alphabetika (mhux sħieħa għal kollox) tal-kanzunetti interpreati minn Édith Piaf
À l'enseigne de la fille sans cœur | À quoi ça sert l'amour? | Adieu mon cœur | Au bal de la chance
Avant l'heure | Avant nous | Avec ce soleil | Bal dans ma rue | Boulevard du crime | Bravo pour le clown
Browning | C'est à Hambourg | C'est d'la faute à tes yeux | C'est l'amour | C'est lui que mon cœur à choisi
C'est merveilleux | C'est peut-être ça | C'est pour ça | C'est toi le plus fort | C'est un gars
C'est un homme terrible| C'est un monsieur très distingué | C'était pas moi | C'était un jour de fête
C'était une histoire d'amour | Ça fait drôle| Carmen's story | Céline | Celui qui ne savait pas pleurer
'Chand d'habits | Chanson bleue | Chanson de Catherine| Comme moi | Comme un moineau
Corrèque et réguyer | Coup de grisou | Cri du cœur | Dans leur baiser | Dans ma rue| Dans un bouge du vieux port
De l'autre côté de la rue | Demain (il fera jour) | Des histoires | Ding din dong| Du matin jusqu'au soir
Eden blues | Elle a dit | Elle fréquentait la rue Pigalle | Embrasse-moi | Emporte-moi| Enfin le printemps
Entre Saint-Ouen et Clignancourt | Escale | Et ça gueule ça madame | Et moi | Et pourtant | Exodus
Fais comme si | Fais-moi valser... | Fallait-il | Faut pas qu'il se figure | Heureuse | Hymne à l'amour
Il a chanté | Il fait bon t'aimer | Il n'est pas distingué | Il pleut | Il y avait | Inconnu, excepté de Dieu
J'm'en fous pas mal | J'ai dansé avec l'amour | J'ai qu'à l'regarder... | J'en ai tant vu | J'entends la sirène
J'suis mordue | Je m'imagine | Je me souviens d'une chanson | Je n'en connais pas la fin | Je sais comment
Je suis à toi | Je t'ai dans la peau | Jean et Martine | Jérusalem | Jézabel | Jimmy c'est lui
Johnny, tu n'es pas un ange| Kiosque à journaux | L'accordéoniste | L'effet qu' tu m' fais | L'escale
L'étranger | L'homme à la moto| L'homme au piano | L'homme de Berlin | L'homme des bars
L'homme que j'aimerai | L'orgue des amoureux | La belle histoire d'amour | La demoiselle du cinquième
La fête continue | La foule | La goualante du pauvre Jean | La java de Cézigue | La Julie jolie
La p'tite marie | La petite boutique | La rue aux chansons | La sérénade du pavé| La valse de l'amour
La vie en rose | La vie, l'amour | La ville inconnue | Le ballet des cœurs | Le billard électrique
Le bleu de tes yeux | Le bruit des villes | Le brun et le blond | Le chacal | Le chant d'amour
Le chant du pirate| Le chasseur de l'hôtel | Le chemin des forains | Le chevalier de Paris | Le ciel est fermé
Le contrebandier | Le diable de la Bastille | Le disque usé | Le droit d'aimer | Le Fanion de la Légion
Le gitan et la fille | Le grand voyage du pauvre nègre | Le mauvais matelot | Le métro de Paris
Le petit brouillard | Le petit homme| Le petit monsieur triste | Le prisonnier de la tour | Le rendez-vous
Le roi a fait battre tambour | Le vagabond | Le vieux piano | Légende | Les amants | Les amants d'un jour
Les amants de demain | Les amants de Paris | Les amants de Teruel | Les amants de Venise
Les amants merveilleux | Les bleuets d'azur | Les blouses blanches | Les deux copains
Les deux ménétriers (galop macabre) | Les deux rengaines | Les flon-flons du bal| Les gars qui marchaient
Les gens | Les grognards | Les hiboux | Les marins, ça fait des voyages | Les mômes de la cloche
Les mots d'amour | Les neiges de Finlande | Les prisons du roy | Les trois cloches
Madeleine qui avait du cœur | Margot cœur gros | Mariage | Marie la française | Marie-trottoir | Mea culpa
Milord | Miséricorde | Mon amant de la coloniale | Mon ami m'a donné | Mon apéro | Mon Dieu | Mon homme
Mon légionnaire | Mon manège à moi | Mon vieux Lucien | Monsieur Ernest a réussi | Monsieur et madame
Monsieur Incognito | Monsieur Lenoble| Monsieur Saint-Pierre | Musique à tout va | N'y vas pas, Manuel
Non, je ne regrette rien | Non, la vie n'est pas triste | Notre-Dame de Paris | On cherche un Auguste
On danse sur ma chanson | Opinion publique | Où sont-ils, tous mes copains? | Ouragan | Padam... Padam...
Paris | Paris-Méditerranée | Pleure pas| Plus bleu que tes yeux | Polichinelle | Pour moi tout' seule
Pour qu'elle soit jolie, ma chanson | Qu'as-tu fait, John? | Qu'il était triste, cet anglais | Quand même
Quand tu dors | Quatorze juillet | Regarde-moi toujours comme ça | Reste | Retour | Rien de rien
Roulez tambours | Salle d'attente | Si si si | Si tu partais | Simple comme bonjour | Soeur Anne
Soudain une vallée | Sous le ciel de Paris | Sur une colline | T'es beau, tu sais
T'es l'homme qu'il me faut| Tant qu'il y aura des jours | Tatave | Télégramme | Tiens v'là un marin!
Toi qui sais | Toi, tu l'entends pas | Toujours aimer | Tous les amoureux chantent | Tout fout l'camp
Traqué | Tu es partout | Un coin tout bleu | Un étranger | Un grand amour qui s'achève
Un homme comme les autres | Un jeune homme chantait | Un monsieur me suit dans la rue
Un refrain courait dans la rue | Une chanson à trois temps | Une dame | Une enfant | Une valse | Va danser
Y a pas d'printemps | Y avait du soleil | Y en a un d'trop


[editja] X’qalu fuqha

  • "Madame Édith Piaf hi ġenju. Hi inimitabbli. Qatt ma kien hawn bħal Édith Piaf, qatt ma se jkun hawn oħra bħala." Jean Cocteau
  • "L-unika kelma li tista’ tissostitwixxi l-kelma Pariġi hi l-kelma Piaf." Marlène Dietrich
  • "Leħnek hu r-ruħ ta’ Pariġis..." Marlène Dietrich, fost oħrajn
  • "Niftakar li kien minħabba Édith Piaf li Les Compagnons de la chanson, Eddie Constantine u Yves Montand bdew ikantaw." Georges Perec, Je me souviens, p.49.

[editja] Unuri

  • Il-Musée Édith Piaf iddedikat għaliha, rue Crespin du Gast, Pariġi.
  • Il-kanzunetta Hymne à l'amour hi l-bażi tal-film Toutes ces belles promesses ta’ Jean-Paul Civeyrac.
  • Il-15 l- Improviżjoni tal-kompositur Franċiż, Francis Poulenc, miktuba għall-pjanu fl-1960 (Editions Salabert S.A.) f’ Unur ta’ Édith Piaf .

[editja] Films li ħadmet fihom

  • 1936 : La Garçonne ta’ Jean de Limur : bħala l-kantanta
  • 1941 : Montmartre-sur-Seine ta’ Georges Lacombe : bħala Lily
  • 1946 : Étoile sans lumière ta’ Marcel Blistène : bħala Madeleine
  • 1948 : Neuf garçons, un cœur ta’ Georges Friedland : bħala Christine
  • 1952 : Paris chante toujours ta’ Pierre Montazel : bħal hi stess
  • 1954 : Boum sur Paris ta’ Maurice de Canonge : bħal hi stess
  • 1954 : Si Versailles m'était conté ta’ Sacha Guitry : bħala tfajla li tkanta Ça ira
  • 1954 : French Cancan ta’ Jean Renoir : Eugénie bħala Buffet
  • 1959 : Les Amants de demain ta’ Marcel Blistène : bħala Simone

[editja] Fiċ-ċinema

  • 1974 : Piaf ta’ Guy Casaril taħdem Brigitte Ariel fil-parti ta’ Édith Piaf.
  • 1983 : Édith u Marcel ta’ Claude Lelouch, taħdem Évelyne Bouix.
  • 1984 : Piaf, telefilm taħdem Jane Lapotaire.
  • 1994 : Une brève rencontre : Édith Piaf, téléfilm ta’ Michel Wyn, taħdem Sophie Arthur.
  • 2007 : La Môme (jismu wkoll La Vie En Rose) ta’ Olivier Dahan, taħdem Marion Cotillard.

[editja] Bibljografija

[editja] Awtobijografija

  • Édith Piaf, Ma vie (oriġinarjament miktub fl-1958, 5 snin qabel mewtha). Verżjoni Ingliża: The Wheel Of Fortune: The Autobiography of Edith Piaf Peter Owen Publishers; ISBN 0720612284
  • Édith Piaf and Simone Berteaut Édith Piaf ippublikat Jannar 1982; ISBN 2904106014

[editja] Kotba fuqha

  • Denise Gassion u Robert Morcet, Édith Piaf secrète et publique, Ergo press, Issy-les-Moulineaux, 1988.
  • Bernard Marchois, Édith Piaf, TF1, Pariġi, 1995.
  • Marcel Cerdan jr., Édith Piaf et moi, Flammarion, Pariġi, 2000.
  • Édith Piaf u Marcel Cerdan, Moi pour toi - Lettres d'amour, Le Cherche Midi Editur, Pariġi, 2002.
  • Ginou Richer, Mon amie Édith Piaf, Instantané, Pariġi, 2004, (ktieb awdjo minn għand Livrior).
  • Jacqueline Cartier-Hugues Vassal, Edith et Thérèse, la Sainte et la Pécheresse, Ed. Anne Carrière

[editja] Bijografiji

Franċiż:

  • Pierre Hiégel, Édith Piaf, de l'Heure, Monaco, 1962.
  • Simone Berteaut, Piaf, Robert Laffont, Pariġi, 1969 (2 edizzjoni 1993).
  • William Laurent, Édith Piaf, F. Loucrani, Collection Numéro 1, Pariġi, 1983.
  • Monique Lefèvre, Piaf, Télérama Hors série n°47, Pariġi, 1993.
  • Marc Bonel u Danielle Bonel, Édith Piaf, le temps d'une vie, de Fallois, Pariġi, 1993.
  • Pierre Duclos u Georges Martin, Piaf, Le grand livre du mois, Pariġi, 1993.
  • Dominique Grimault u Patrick Mahé, Piaf-Cerdan : un hymne à l'amour, 1946-1949, de la Seine, Pariġi, 1993.
  • Louis Valentin, Piaf, Plon, Pariġi, 1993.
  • André Larue, Edith Piaf, l'amour toujours, Michel Lafon, Pariġi, 1993.
  • Jean Noli, Piaf secrète, L'Archipel, Pariġi, 1993 (re-ed. 2003).
  • Pierre Duclos u Georges Martin, Piaf, biographie, du Seuil, Pariġi, 1995.
  • Sophie Troubac, Edith Piaf, l'hymne à l'amour, Sauret, Monaco, 1995.
  • Frédéric Perroud, Marcel Cerdan-Edith Piaf : le bel amour, Acropole, Pariġi, 1999.
  • Stan Cuesta (daħla ta’ François Hadji-Lazaro), Edith Piaf, J'ai lu/Librio musique nu 384, Pariġi, 2000, ISBN 2290306398
  • François Levy, Passion Edith Piaf, la môme de Paris, Textuel, Pariġi, 2003.
  • Jean-Dominique Brierre, Edith Piaf : “Sans amour on n'est rien du tout Pariġi, 2003.
  • David Lelait-Helo, Sur un air ta’ Piaf, Payot, Pariġi, 2003.
  • Marcel Cerdan Jr., Piaf u moi, Flammarion, France, 2000.

Ingliż:

  • Margaret Crosland, Piaf, Hodder and Stoughton, Londra, 1985.
  • David Bret The Piaf Legend, Robson Books,Londra, 1988.
  • David Bret, Piaf: A Passionate Life Robson Books, 1998, revised JR Books, 2007

[editja] Ħoloq esterni

Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com