Arkimede
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
- "Tuni punt t'appoġġ u nerfgħalkom id-dinja!" - (Arkimede)
Arkimede (Grieg: ΑΡΧΙΜΗΔΗΣ) (287 QK–212 QK) kien matematiku ta' l-Antikità, fiżiku, inġinier, astronomu u filosfu li twieled fil-port tal-kolonja Griega ta' Sirakuża. Huwa kkunsidrat minn xi storiċi matematiċi bħala wieħed mill-matematiċi l-kbar ta' l-istorja, flimkien ma' Newton, Gauss u Euler.