Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Claudio Monteverdi - Wikipedija

Claudio Monteverdi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Claudio Monteverdi (15 ta’ Mejju, 1567 – 29 ta’ Novembru, 1643) kien kompożitur Taljan. Ix-xogħol tiegħu bħala kompożitur jimmarka il-bidla mill-mużika rinaxximentali għall-mużika barokka u matul il-ħajja twila tiegħu kiteb opri li nistgħu nikklassifikawhom fiż-żewġ kategoriji. Bħala wieħed mill-innovaturi prinċipali li ġabu l-bidla fl-istil, hu meqjus revoluzzjonarju. Monteverdi kiteb l-ewwel opra teatrali, L'Orfeo, li fiha żviluppa storja drammatika. Kellu x-xorti li gawda s-suċċess u l-fama f’ħajtu.

Ritratt ta' Claudio Monteverdi, Venezja, 1640, pittura ta' Bernardo Strozzi
Ritratt ta' Claudio Monteverdi, Venezja, 1640, pittura ta' Bernardo Strozzi

[editja] Bijografija

Fl-1589 Monteverdi beda jaħdem fil-qorti ta’ Mantova bħala korista u vjolista u fl-1603 id-duka Vincenzo Gonzaga ħatru maestro di cappella. Sakemm kellu erbgħin sena ħadem prinċipalment fuq madrigali u kkompona b’kollox tmien kotba. Ktieb VIII, ippubblikat fl-1638, fih dawk li jsibuhom Madrigali guerrieri et amorosi li ħafna jqisuhom bħala l-perfezzjoni ta’ dil-forma ta’ mużika. Flimkien, l-ewwel tmien kotba ta’ madrigali juru żvilupp enormi mill-mużika polifonika rinaxximentali għal l-istil monodiku li hu tipiku fil-mużika barokka. Id-disa' ktieb ta’ madrigali, ippubblikat wara mewtu fl-1651, fih passaġġi iżjed ħfief, probabbilment komposti matul il-firxa ta’ ħajtu, li jirrappresentaw iż-żewġ stili.

Paġna titulari ta' L'Orfeo, edizzjoni:1609 Venezja
Paġna titulari ta' L'Orfeo, edizzjoni:1609 Venezja

Mill-monodija, bl-enfasi fuq linji ċari melodiċi, test intelliġibbli u mużika ta’ akkompanjament kalma, kien pass loġiku li jibda jikkomponi l-opri, speċjalment għal kompożitur mixħut lejn id-drammatiċità u li kien iħobb effetti mimlija tiżjin. Fl-1607 Monteverdi ikkompona l-ewwel opra tiegħu, L'Orfeo, fuq librett ta’ Alessandro Striggio (it-tifel). F’dak iż-żmien kien hemm id-drawwa li l-kompożituri jitolbuhom joħolqu xogħlijiet għal okkażjonijiet speċjali u din l-opra talbuha biex iżżid il-pompa fil-karnival ta’ kull sena f’Mantova. Fil-fatt kienet suċċess kbir li qabel perfettament ma’ l-ispirtu taż-żmien. L'Orfeo hi magħrufa għall-qawwa drammatika tagħha u għall-orkestrazzjoni ħajja li fiha. Infatti, nistgħu nsostnu li dax-xogħol kien l-ewwel eżempju fejn il-kompożitur assenja parti speċifika għal kull strument, u anki waħda mill-ewwel opri fejn ingħatat il-kompożizzjoni eżatta ta’ l-istrumentazzjoni. L-istorja hi deskritta b’immaġni mużikali ħajjin u l-melodiji huma linjari u ċari. B’din l-opra Monteverdi ħoloq stil mużikali ġdid għal kollox li sar magħruf id-dramma għall-mużika. L-opri ta’ Monteverdi sirna ngħidulhom "pre-barokki" jew ta’ "l-ewwel barokk".

Nistgħu ngħidu li x-xogħol prinċipali ta’ Monteverdi kien il-Vespro della Beata Vergine tal-1610. Dan wieħed mill-ftit xogħlijiet sagri tiegħu, imma għadu s’issa wieħed mill-ikbar eżempji tal-mużika sagra, li fl-istorja tal-mużika jħabbatha ma' Il-Messija ta’ Handel u l-Passjoni skond Mattew ta’ J. S. Bach. Meta tisma’ dan ix-xogħol tibqa' ċċassat – kull parti (25 b’kollox) hija żviluppata għall-aħħar, kemm fis-sens mużikali u kemm drammatiku – l-istruttura strumentali tintuża għal effetti drammatiċi preċiżi u emottivi, b’mod li ħadd ma kien ra qabel.

Billi d-duka Vincenzo Gonzaga ma kienx iħallsu biż-żejjed għall-kummissjonijiet li kien jagħmillu u kien dejjem jgħaġġlu għal iżjed, Monteverdi xeba’ u fl-1610 mar Ruma bil-ħsieb li jagħti l-Vespro della Beata Vergine lill-Papa Pawlu V. Fl-ittri bejnu u bejn il-kardinal Ferdinando Gonzaga, jidher li t-tama tiegħu kienet li jakkwista post b’xejn għat-tifel fis-Seminarju Ruman u mpieg ġdid għalih. Kollox safa fix-xejn, imma fl-1613 kellu opportunità oħra.

Fl-1613 il-Prokuraturi tar-Repubblika ta’ Venezja ħatru l-Monteverdi bħala direttur tal-mużika f’San Mark, fejn bla dewmien, reġa’ ġieb f’tiegħu l-kor li kien mar lura ħafna taħt ta’ qablu. Hemm temm is-sitt, seba' u tmien ktieb ta’ madrigali. It-tmien wieħed hu l-ikbar u fih xogħolijiet miktubin matul perijodu ta’ 30 sena, inkluża x-xena drammatika Tancredi e Clorinda (1624), fejn l-orkestra u l-vuċijiet jiffurmaw żewġ entitajiet separati li jinstemgħu bħala kopji ta’ xulxin. Aktarx Monteverdi ġietu l-ideja li jipprova dan-arranġament mill-arkitettura ta’ San Mark fejn hemm żewġ galleriji faċċata ta’ xulxin u seta’ jpoġġi l-kor f’waħda u l-orkestra fl-oħra. Kompożituri oħra bħal Giovanni Gabrieli kienu wżaw dan l-arranġament, imma din il-kompożizzjoni tispikka fuq l-oħrajn għax fiha ntużaw għall-ewwel darba it-'tremolo’ (repetizzjoni mgħaġġla ta’ l-istess ton) u l-'pizzicato’ (qrus tal-kordi bis-saba’) biex fix-xeni drammatiċi jagħtu effetti speċjali.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu, minkejja li kien marid, Monteverdi xorta baqa' jkompli jikkomponi l-aħħar żewġ kapolavuri tiegħu, Il ritorno di Ulisse in patria (1641) u l-opra storika L'incoronazione di Poppea (1642). L'Incoronazione, partikularment, hi meqjusa bħala l-quċċata tax-xogħol tiegħu. Fiha nsibu xeni traġiċi u komiċi (żvilupp ġdid fl-opra), ritratti iżjed realistiċi tal-persunaġġi u melodiji iżjed sħan li bħalhom qatt ma kienu nstemgħu qabel. Dax-xogħol, li ħtieġ orkestra iżgħar u parti inqas prominenti għall-kor, kellu wkoll influenza konsiderevoli fuq il-mużika tal-knisja.

Monteverdi kkompona mill-inqas tmintax-il opra, li minnhom baqa’ biss l'Orfeo, l'Incoronazione, Il ritorno, u l-arja famuża "Lamento", mit-tieni opra tiegħu l'Arianna.

[editja] Kompożizzjonijiet

Opri - Tmintax-il opra li minnhom baqa' biss:

  • L'Arianna (baqa’ biss Lamento d'Arianna)
  • L'Orfeo
  • Il ritorno d'Ulisse in patria
  • L'incoronazione di Poppea

Xogħoljiet oħra jinkludu kompożizzjonijiet sekulari u sagri:

  • Il Combattimento di Tancredi e Clorinda
  • Vespro della Beata Vergine
  • Selva Morale e Spirituale (1640)
  • Scherzi Musicali

Kotba tal-madrigali:

  • Madrigali spirituali a quattro voci posti in musica da Claudio Monteverde Cremonese, discepolo del Signor Marc'Antonio Ingegnieri (1583)
  • Madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig.r Marc'Antonio Ingegnieri... Libro primo (1587)
  • Il secondo libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverde Cremonese discepolo del Sig.r Ingegneri (1590)
  • Di Claudio Monteverde il terzo libro de madrigali a cinque voci (1592)
  • Il quatro libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Ser.mo Sig.r Duca di Mantova (1603)
  • Il quinto libro de madrigali a cinque voci di Claudio Monteverdi Maestro della Musica del Serenissimo Sig.r Duca di Mantoa, col basso continuo per il Clavicembano, Chittarone, od altro simile istromento; fatto particolarmente per li sei ultimi, per li altri a beneplacito (1605)
  • Il sesto libro de madrigali a cinque voci, con uno dialogo a sette, con il suo basso continuo per poterli concertare nel clavacembano, et altri stromenti. Di Claudio Monteverde Maestro di Cappella della Sereniss. Sig. di Venetia in S. Marco (1614)
  • Concerto. Settimo libro di madrigali a 1.2.3.4. sei voci, con altri generi de canti di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica (1619)
  • Madrigali guerrieri, et amorosi con alcuni opuscoli in genere rappresentativo, che saranno per brevi Episodij fra i canti senza gesto. Libro ottavo di Claudio Monteverde Maestro di Capella della Serenissima Republica di Venetia (1638)
  • Madrigali e canzonette a due e tre voci del signor Claudio Monteverde già Maestro di Cappella della Serenissima Republica di enetia... Libro nono (1651)
Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com