Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Erwin Schrödinger - Wikipedija

Erwin Schrödinger

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Erwin Rudolf Josef Alexander Schrödinger (12 ta'Awwissu, 1887 – 4 ta'Jannar 1961) kien fiżiku Awstrijak - Irlandiż li sar famuż għal kontribuzzjoni tiegħu għall-mekkanika kwantistika, l-iktar għal l-ekwazzjoni ta' Schrödinger, li għaliha nagħta l-Premju Nobel fl-1933. Fl-1935, wara ħafna korrispondenza mal-ħabib tiegħu personali Albert Einstein, ippropona l-esperiment bil-ħsieb ta' l-qattus ta' Schrödinger.

Werrej

[editja] L-ewwel snin

Schrödinger twieled Erdberg, Vjenna. Missieru kien Rudolf Schrödinger (produttur ta’ l-inċirata, botaniku) u ommu Georgine Emilia Brenda (bint Alexander Bauer, Professur tal-Kimika fit-Technische Hochschule Vienna). Rudolf Schrödinger kien kattoliku u l-mara tiegħu Luterana. Fl-1898 Schrödinger attenda l-Akademisches Gymnasium. Bejn l-1906 u l-1910 studja Vjenna taħt Franz Serafin Exner (1849 - 1926) u Friedrich Hasenöhrl (1874 - 1915). Għamel ukoll xogħol esperimentali ma’ Friedrich Kohlrausch. Fl-1911, Schrödinger sar assistent ma’ Exner.

[editja] Is-snin tan-nofs

Fl-1914 Erwin Schrödinger kiseb l-Habilitation (venia legendi). Bejn l-1914 u l-1918 ħa parti f’xogħol militari fl-artillerija Awstrijaka (Gorizia, Duino, Sistiana, Prosecco, Vienna). Fis-6 ta’ April, 1920, Schrödinger iżżewweġ ‘l Annemarie Bertel. L-istess sena sar assistent ma’ Max Wien f’Jena, u f’Settembru ta’ l-1920 laħaq Ausserordentlicher Professor, f’Stuttgart. Fl-1921, sar Ordentlicher Professor f’Breslau (issa Wrocław, il-Polanja).

Fl-1922, mar l-Università ta’ Zurich. F’Jannar ta’ l-1926, Schrödinger ippublika fl-Annalen der Physik l-artiklu "Quantisierung als Eigenwertproblem" [tr. Kwantizzazzjoni bħala problema bl-awtovaluri] fuq il-mekkanika tal-mewġ u dik li nsibuha llum bħala l-ekwazzjoni ta’ Schrödinger. F’dan l-artiklu ta "derivazzjoni" ta’ l-ekwazzjoni tal-mewġ għal sistemi bla dependenza temporali u wera li tagħti l-awtovaluri ta’ l-eneġija korretti għal atomi bħal ta’ l-idroġenu. Dan l-artiklu hu meqjus universalment bħala wieħed mis-suċċessi l-iżjed importanti tas-seklu għoxrin u ħoloq revoluzzjoni fil-mekkanika kwantistika, u fil-fatti fl-oqsma sħaħ tal-fiżika u l-kimika. F’artiklu ieħor erba’ gimgħat biss wara solva l-problemi ta’ l-ossillatur armoniku, r-rotur riġidu u l-molekula diatomika u ta derivazzjoni ġdida ta’ l-ekwazzjoni ta’ Schrödinger. Fit-tielet artiklu wera l-ekwivalenza bejn l-approċċ tiegħu u ta’ Heisenberg u ttratta l-effett Stark. Fir-raba’ artiklu ta’ din is-sensiela straordinarja, wera kif għandna nittrattaw problemi fejn is-sistema jinbidel mal-ħin, bħal fil-problemi ta’ scattering jew diffużjoni. Dawn l-artikli kienu s-suċċess ċentrali tal-karriera tiegħu u l-komunità tal-fiżiċi mill-ewwel għarfu li kienu ta’ sinjifikanza kbira.

Fl-1927, mar jaħdem ma’ Max Planck fl-Università Friedrich Wilhelm f’Berlin. Imma fl-1933, Schrödinger iddeċieda li jħalli l-Ġermanja għax ma settgħax jissaporti l-antisemitiżmu tan-Nazi. Mar l-Ingilterra u sar Fellow ta’ Magdalen College fl-Università ta’ Oxford. Ftit wara, flimkien ma’ Paul Dirac ingħata l-Premju Nobel. F’Oxford Schrödinger kellu ħafna probemi mħabba l-istil tal-ħajja personali (kien jgħix ma’ żewġ nisa) u ried jitlaq. Fl-1934, Schrödinger ta konferenza fl-Università ta’ Princeton u offrewlu pożizzjoni permanenti hemm, imma ma aċċettax. Hawnhekk ukoll ried jgħix mal-mara u l-maħbuba tiegħu u din kienet problema. Kien hemm possibbiltà ta’ pożizzjoni fl-Università ta’ Edimburgu imma l-viża ttardjat u spiċċa biex jieħu pożizzjoni fl-Università ta’ Graz fl-Awstrija fl-1936.

[editja] Is-snin ta’ maturità

Fl-1938, wara li Hitler okkupa l-Awstrija, Schrödinger kellu ħafna problemi għax kienu jafu bit-tluq tiegħu mill-Ġermanja fl-1933 u bl-oppożizzjoni għan-Naziżmu. Ħareġ stqarrija fejn skuża ruħu għall-oppożizzjoni tiegħu (aktar tard ddispjaċieh li kien għamel hekk, u appolaġizza personalment ma’ Albert Einstein). Imma xorta ma ssodisfax l-amministrazzjoni l-ġdida u tkeċċa mill-impieg tiegħu fl-università għax ma kienx ta’ min joqgħod fuqu politikament. Għalhekk tawh ħafna fastidju u kien ordnat li ma jitlaqx il-pajjiż, imma hu u l-mara ħarbu għall-Italja. Minn hemm ħa pożizzjonijiet temporanji Oxford u Gand.

Fl-1940 kien mistieden iwwaqqaf l-Istitut għall-iStudji Avvanzati f’Dublin, l-Irlanda. Sar Direttur ta’ l-iSkola tal-Fiżika Teorika u baqa’ hemm għal 17-il sena li matulhom ħa ċ-ċittadinanza Irlandiża. Kiteb 50 artiklu ieħor fuq bosta temi, fosthom l-investigazzjoni ta' t-teorija tal-kampi unifikata.

Fl-1944, ħareġ il-ktieb What is Life? ("Xinhi l-Ħajja?"), fejn insibu diskussjoni fuq in-Negentropija u l-kunċett ta’ molekula komplessa b’kodiċi ġenetika għall-organiżmi ħajjin. Skond il-memoir ta’ James D. Watson, DNA, The Secret of Life, ("DNA, Is-Sigriet tal-Ħajja") il-ktieb ta’ Schrödinger ispirah biex jibda r-riċerka tal-ġeni, li wasslitu għall-iskoperta ta l-elika doppja tad-DNA (aċtu dioxibronuklejiku). B’mod simili, Francis Crick, fil-ktieb awtobijografiku tiegħu What Mad Pursuit (“X’Riċerka tal-Ġenn”) , jiddiskrivi kif kien influwenzat mill-ispekulazzjoni ta’ Schrödinger fuq kif jista’ jkun li l-informazzjoni ġenetika tista’ tinħażen fil-molekuli. Schrödinger baqa’ Dublin sa meta rtira fl-1955. Matul dan iż-żmien bħas-soltu baqa’ jinvolvi ruħu fl-iskandli u kellu żewġt-itfal minn żewġ nisa Irlandiżi differenti. Matul ħajtu kellu interess fil-filosofija Vedana ta’ l-Induiżmu, li influwenzat l-ipoteżi fl-aħħar ta’ What is Life? fuq il-possibbiltà li l-konxju ta’ l-individwu hu biss manifestazzjoni ta’ konxju unitarju li jippervadi l-univers. [1]

Fl-1956, mar lura Vjenna (katedra ad personam). F’taħdita importanti fil-Konferenza Mondjali ta’ l-Enerġija, irrifjuta li jitkellem fuq l-enerġija nukleari għax ma tantx kien jemmen fiha u minflok ta taħdita filosofika. Matul dan il-perijodu inqata’ mid-definizzjoni konvenzjonali tal-mekkanika kwantistika tad-dwalità mewġa-partiċella u appoġġa l-idea ta’ mewġa biss u qajjem polemika kbira.

[editja] Ħajja personali

Schrödinger fl-1933 iddeċieda li ma setgħax jgħix f’pajjiż fejn il-persekuzzjoni tal-Lhud kienet politika uffiċjali. Alexander Frederick Lindemann, il-kap tal-fiżika fl-Università ta’ Oxford, żar il-Ġermanja fir-rebbiegħa ta’ l-1933 biex jipprova jsieb impieg l-Ingilterra għal xjenzati żagħżagħ Lhud mill-Ġermanja. Kellem ‘l Schrödinger fuq xi postijiet għal wieħed mill-assistenti tiegħu u skanta meta sab li Schrödinger stess kien interessat li jitlaq mill-Ġermanja. Schrödinger talab li l-kollega tiegħu, Arthur March, jimpjegawh bħala assistent tiegħu.

Din it-talba għal March kienet ġejja mir-relazzjonijiet komplikati li Schrödinger kellu man-nisa. Ir-relazzjonijiet tiegħu ma’ martu qatt ma kienu tajbin wisq u kellu ħafna maħbubin li l-mara kienet taf bihom. Anny ukoll kellha maħbub għal ħafna snin, il-ħabib ta’ Schrödinger Hermann Weyl. Schrödinger ried ‘il March bħala assistent għax dak iż-żmien kien qiegħed jinnamra ma’ Hilde, il-mara ta’ March.

Ħafna mix-xjenzjati li kienu telqu mill-Ġermanja qattghu is-sajf ta’ l-1933 fl-Alto Adige/Südtirol. Hawn Hilde saret tqila minn Schrödinger. Fl-4 ta’ Novembru ta’ l-1933 Schrödinger, martu u Hilde March waslu Oxford. Schrödinger kien inħatar fellow ta’ Magdalen College. Ftit wara li waslu Oxford, Schrödinger sema’ li għax-xogħol tiegħu fuq il-mekkanika tal-mewġ, kien ħa jingħata l-premju Nobel.

Fir-rebbiegħa ta’ l-1934 Schrödinger stiednuh biex jagħti konferenza fl-Università ta’ Princeton University u waqt iż-żjara offrewlu pożizzjoni permanenti hemmhekk. Meta mar lura Oxford beda jinnegozja ma’ Princeton fuq is-salarju u l-pensjoni imma fl-aħħar ma aċċettax. Jaħsbu li x-xewqa tiegħu li jgħix Princeton ma’ Amy u Hilde, it-tnejn irrabbu t-tarbija flimkien ma tantx intgħoġbot. Il-fatt li Schrödinger kellu żewġ nisa bil-beraħ, anki jekk waħda kienet miżżewġa ‘l raġel ieħor, ma ntgħoġobx Oxford lanqas. Ma dan kollu it-tifla tiegħu Ruth Georgie Erica twieldet hemm fit-30 ta’ Mejju ta’ l-1934.[2]

[editja] Il-Mewt

Fl-4 ta’ Jannar ta’ l-1961, Schrödinger miet Vjenna bit-tuberkulożi fl-età ta’ 73 sena u ndifen Alpbach, fl-Awstrija.

L-Unjoni Astronomika Internazzjonali semmiet il-kratere enormi fin-naħa ta’ lil hemm tal-Qamar għal Schrödinger. L-Istitut Internazzjonali għal Fiżika Matematika Erwin Schrödinger twaqqaf Vjenna fl-1993. Hemm imsemmija għalih ukoll l-asterojde 13092 Schrödinger.

[editja] Il-kotba ta' Erwin Schrödinger

  • Nature and the Greeks and Science and Humanism Cambridge University Press (1996) ISBN 0521575508.
  • The interpretation of Quantum Mechanics Ox Bow Press (1995) ISBN 1881987094.
  • Statistical Thermodynamics Dover Publications (1989) ISBN 0486661016.
  • Collected papers Friedr. Vieweg & Sohn (1984) ISBN 3700105738.
  • My View of the World Ox Bow Press (1983) ISBN 0918024307.
  • Expanding Universes Cambridge University Press (1956).
  • Space-Time Structure Cambridge University Press (1950) ISBN 0521315204.
  • 'What is Life? Macmillan (1946).

[editja] Referenzi

  1. My View of the World - ta' Erwin Schrödinger Kapitlu IV. What is life? the physical aspect of the living cell & Mind and matter - ta' Erwin Schroödinger
  2. Schrödinger: Life and Thought ta’ Walter John Moore, Cambridge University Press 1992 ISBN 0-521-43767-9, jiddiskuti r-relazzjonijiet mhux tas-soltu ta’ Schrödinger, fosthom ir-rumanza ma’ Hildegunde March, f’Kapitlu VII, "Berlin" u Kapitlu VIII, "Exile in Oxford".
Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com