Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Franz Schubert - Wikipedija

Franz Schubert

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Franz Peter Schubert (twieled 31 ta’ Jannar 1797 – miet 19 ta’ Novembru 1828) kien kompożitur Awstrijak. Għalkemm miet ta’ 31 sena, Schubert kien wieħed mill-kompożituri kbar tas-seklu XIX u l-ikbar kompożitur tal-lied fl-ilsien Ġermaniż.

Franz Schubert
Franz Schubert

Werrej

[editja] Bijografija

Franz Peter Schubert twieled Lichtenthal, ħdejn Vjenna. Kien it-tnax il-wieħed f’familja ta’ 14 ulied. Missieru, Franz Theodor, li kien għalliem, tah l-ewwel lezzjonijiet ta’ l-alto, waqt li ħuh Ignaz għallmu l-pjanu. Mill-1808 sa’ l-1813, kien kantant fil-kor tal-kappella imperjali ta’ Vjenna u studja Konvikt (skola għall-kantanti tal-kappella tal-Qorti Rjali) u hekk kien student ta’ Antonio Salieri, direttur tal-mużika tal-Qorti.

Matul dan il-perijodu ta’ formazzjoni, beda jikkomponi minkejja l-problemi fil-familja; missieru ma kienx iħallieh immur id-dar għax ommu kienet qegħda tmut (1811-1813). Schubert beda jikteb l-ewwel għall-pjanu (mill-1810), imbagħad mhux inqas minn tmien kwartetti għall-kordi, xi ouvertures u xi lieder. Fl-1812, sar li-istudent ta’ Salieri, li baqa’ jirrispetta għal ħajtu kollha. Fl-1813, taħt l-influwenza qawwija ta’ Haydn, Mozart imma fuq kollox ta’ Beethoven, ikkompona l-ewwel sinfonija; sentejn wara (Schubert kullu sbatax-il sena) ġew l-ewwel opra tiegħu, l-ewwel quddiesa u l-ewwel kapulavur tiegħu fil-qasam tal-lied : Margerita fuq ir-Raddiena ta’ l-Għażil (Gretchen am Spinnrade) (19 ta’ Ottubru 1814.)

Ftiet snin wara, fl-1818, mar fl-Ungerija, fejn sar l-għalliem tal-mużika tat-tfal tal-konti Esterházy. Reġa’ lura fl-1824.

Ħlief daż-żmien l-Ungerija u xi vjaġġi fl-Awstrija stess fosthom għal Graz, Linz, Steyer, Gmünden u Salzbourg, Schubert għadda l-ħajja qasira tiegħu Vjenna u meta telaq il-professjoni tiegħu ta’ għalliem u ta’ assistent ta’ missieru, kien joqgħod kważi il-ħin kollu għand il-ħbieb u ddedika ħajtu sħieħa għall-kompożizzjoni. Kien jorganizza laqgħat mużikali bejn il-ħbieb‚ li kienu mlaqqma schubertiade fejn il-lieder kellhom l-ewwel suċċess.

Fl-1822-23, Schubert qabditu s-sifilide, u saħħtu baqgħet sejra lura. Mill-mard tiegħu ħareġ mużika iżjed profonda u emoventi, iżjed qrib it-tbatija u l-mewt li kienu jehdduh (Il-Mewt u t-Tfajla, Vjaġġ Xitwi). Franz Schubert miet bit-tifu fid-19 ta’ Novembru 1828, sena u nofs wara Beethoven li kellu għalih, matul ħajtu kollha, rispett u ammirazzjoni bla-tmiem.

[editja] Il-Mużika

Franz Schubert, pittura ta' Wilhelm August Rieder 1875
Franz Schubert, pittura ta' Wilhelm August Rieder 1875

Fil-ħajja qasira tiegħu, Franz Schubert kien dejjem nieqes mill-flus, imma dan qatt ma kien jinkwietah, sakemm ħbiebu kienu lesti biex jgħinuh, kif kien hu dejjem lest biex jgħinhom. Għalkemm miet bit-tifu fl-età ta’ 31 sena biss, kellu żmien biżżejjed biex jikkomponi 'il fuq minn 1000 xogħol, fosthom xi 600 lieder. Dawn ta’ l-aħħar huma fost l-iżjed importanti mix-xogħlijiet tiegħu. Huma komposti fuq versi ta’ l-ikbar poeti ta’ l-ilsien Ġermaniż (Klopstock, Goethe, Schiller, Rückert, Heine), ta’ xi ħbieb tiegħu (Mayrhofer, Körner, Spaun, Schober, Senn, Collin, Schwind) jew poeti li baqgħu magħrufin minħabba l-lieder tiegħu (Müller). Il-baritonu Johann Michael Vogl, famuż ħafna f’dik l-epoka, sar ħabib u ammiratur ta’ Schubert, u għamel kontribuzzjoni qawwija biex il-lieder isiru magħrufin, bħal ma għamlu il-baruni Carl von Schönstein u l-kantanta Anna Milder. Xi lieder kellhom suċċess tremend.

Schubert kiteb għal kull forma mużikali, barra kunċerti. Minkejja li kien influwenzat ħafna minn Haydn u Mozart, l-mużika tiegħu baqgħet differenti. Il-kompożizzjonijiet qieshom improvizzati, poetiċi u melodiċi ħafna, fihom sbuħija naturali u immaġinazzjoni kbira, imma fl-istess ħin jistgħu ikunu fantastiċi, tal-ħolm u sikwit ta’ qsim il-qalb, l-iżjed wara li l-kompożitur marad bla tama ta' fejqien.

L-importanza tal-mużika kommoventi tiegħu, li ġustament daż-żmien tintuża ħafna fiċ-ċinema, ma kienitx rikonoxxuta f’ħajtu; infatti ħafna xogħlijiet indaqqu għall-ewwel darba wara mewtu.

[editja] Nota fuq il-katalgu

In-numerazzjoni tradizzjonali tax-xogħlijiet ta’ Schubert qegħda ftit ftit tinbidel għan-notazzjoni mogħtija fil-katalgu editjata minn Otto Erich Deutsch u ippubblikat għall-ewwel darba fl-1951. In-notazzjoni hi magħmula mill-ittra D segwita minn numru Għarbi u wara b’ittra żgħira jekk ikun hemm xi tibil. Pereżempju D 759 tindika s-Sinfonija n. 8 "L-Inkompluta".

[editja] Kompożizzjonijiet prinċipali

[editja] Mużika għall-pjanuforti

  • Fantasija fuq Do maġġuri "Wanderer"' D 760
  • 4 Improvviżi op. 90 D 899
  • 4 Improvviżi op. 142 D 935
  • 15-il Sonata

[editja] Mużika da camera

Id-dar fejn miet Franz Schubert, Kettenbrückengasse 6, Vjenna.
Id-dar fejn miet Franz Schubert, Kettenbrückengasse 6, Vjenna.
  • Trio għall-vjolin, vjola u vjolinċell fuq Si bemoll maġġuri D 581
  • Trio għall-vjolin, vjola u vjolinċell fuq Si bemoll maġġuri D 471
  • Trii għall-pjanuforti u kordi:
Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell n. 1 fuq Si bemoll maġġuri D 898
Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell n. 2 fuq Mi bemoll maġġuri D 929
Trio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell fuq Si bemoll maġġuri D 28 («Sonata»)
Adagio għall-pjanuforti, vjolin u vjolinċell fuq Mi bemoll maġġuri D 897 («Notturn»)
  • Kwartetti għall-kordi:
Kwartett għall-kordi n. 10 fuq Mi bemoll maġġuri D 087 (ippublikata wara mewtu 125)
Kwartett għall-kordi fuq Si bemoll maġġuri op. 168 D 112
Kwartett għall-kordi n. 12 fuq Do minuri D 703
Kwartett għall-kordi n. 13 fuq La minuri "Rożamunda" D 804
Kwartett għall-kordi n. 14 fuq Re minuri "Il-Mewt u t-Tfajla" D 810
Kwartett għall-kordi n. 15 fuq Sol maġġuri D 887 (ippublikata wara mewtu 161)
  • Sonata fuq La minuri għall-arpeggione (vjolinċell) u pjanuforti D 821
  • Kwintett għall-pjanuforti u kordi fuq La maġġuri "It-Trota" op. 114 D 667
  • Kwintett għall-kordi fuq Do maġġuri D 956 (ippublikata wara mewtu 163)
  • Ottett fuq Fa maġġuri għall-klarinett, fagott, kornu, żewġ violini, vjola, vjolinċell u kuntrabaxx D 803 (ippublikata wara mewtu 166)

[editja] Mużika sagra

  • Quddiesa Ġermaniża fuq Fa maġġuri D 872
  • Quddiesa fuq La bemoll D 621
  • Stabat Mater
  • Magnificat D 486
  • Salve Regina
  • Ave Maria D 839

[editja] Mużika sinfonika

  • Sinfonija n. 1 fuq Re maġġuri D 82 (1813)
  • Sinfonija n. 2 fuq Si bemoll maġġuri D 125 (1815)
  • Sinfonija n. 3 fuq Re maġġuri D 200 (1815)
  • Sinfonija n. 4 fuq Do minuri "It-Traġika" D 417 (1816)
  • Sinfonija n. 5 fuq Si bemoll maġġuri D 485 (1816)
  • Sinfonija n. 6 fuq Do maġġuri "Iż-Żgħira" D 589 (1818)
  • Sinfonija n. 8 fuq Si minuri "L-Inkompluta" D 759 (1822)
  • Sinfonija n. 9 fuq Do maġġuri "Il-Kbira" (1825-1828)
  • Ouverture "Rożamunda prinċipessa ta’ Ċipru", musica di scena (1823)
  • Ouverture "fl-istil Taljan" fuq do maġġuri
  • Ouverture "Alfonsu u Estrella"

[editja] Mużika vokali

  • Margerita fuq ir-Raddiena ta' l-Għażil (Gretchen am Spinnrade ) D 118
  • Ir-Re ta’ l-Elfi (Erlkönig) D 328
  • Auf dem Wasser zu singen (Minn kant fuq l-ilma) D 774


  • It-Tfajla Sbejħa tal-Mitħna (Die Schöne Müllerin ) D 795
  • Vjaġġ Xitwi (Winterreise) D 911
  • L-Għanja taċ-Ċinju (Schwanengesang) D 957

[editja] Opri liriċi

  • Alfonsu u Estrella
  • It-Tewmin
  • Fierrabras
  • L-Arpa Msaħħra
  • Claudine von Villa Bella

[editja] Ħoloq esterni

Commons
Fil-Wikimedia Commons hemm iktar files multimedjali relatati ma':
Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com