Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Għana - Wikipedija

Għana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Għannej tradizzjonali Malti
Għannej tradizzjonali Malti

L-għana hu l-mużika tradizzjonali ta' Malta. Il-versi li jitkantaw fl-għana għandhom melodija li tistħajjilha ballata Sqallija b'laqta medjo-orjentali. Infatti l-għana jista' jitqies bħala l-eku tal-passat storiku ta' Malta li jinkludi ħafna influwenzi Għarab u Ewropej, grazzi għad-diversi ħakkiema li ħakmu lil Malta u l-Maltin.

L-għana minn dejjem kien ikkunsidrat bħala l-mużika tan-nies komuni, tal-bdiewa, tar-raħħala u tan-nisa tad-dar; f'kelma waħda, l-għana kien jappartjeni lill-klassi l-baxxa tal-ħaddiema.

Forsi huwa propju għal dawn l-assoċjazzjonijiet, li l-għana llum f'Malta għad għandu ċerta stmerrija u jiġi mwarrab minn bosta nies. Malta llum il-ġurnata titqies bħala pajjiż Ewropew u fil-maġġorparti Kattoliku, u allura huma ħafna dawk li jippreferu ifarfru l-passat storiku tagħhom għax jidentifikaw ruħhom iktar ma' l-Ewropa Kristjana milli l-Afrika Islamika.

Werrej

[editja] Storja ta' l-Għana

Ġużè Cassar Pullicino, studjuż rinomat tal-folklor Malti, isostni li l-ewwel għana jmur lura lejn l-1792, jiġifieri fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Kavallier Franċiż bl-isem ta’ F.-E. de Saint-Priest ippubblika ktieb jismu Malte par un voyageur françois (Malta Għal Vjaġġatur Franċiż), li fih jinkludi tliet għanjiet kif ġew irrakontati lilu minn librar Malti, Gioacchino Navarro. Waħda minn dawn l-għanjiet kienet:

Dik il-għajn li tixrob minnha
nitolbok la ddardarhiex:
Jiġi żmien u jgħaddi ieħor
Tkun tridha u ma ssibhiex

Fi żminijiet imgħoddija, l-għana kien jiġi kantat mir-raħħala u ħaddiema komuni, kif ukoll minn nisa li jkunu qed jagħmlu l-faċendi ta’ kuljum bħall-ħasil u l-inxir tal-ħwejjeġ.

Bejjiegħa ukoll kienu jużaw l-għana biex ibiegħu il-prodotti tagħhom, bl-għana sservi ta’ riklam dwar kemm huwa tajjeb u superjuri il-prodott tagħhom kif ukoll kemm huwa aħjar minn tal-bejjiegħa l-oħra. Mhux magħruf jekk kienx jirnexxielhom ibiegħu iktar mill-kompetituri li ma jgħannux, imma li huwa żgur huwa li kienu jiġbdu ħafna iktar l-attenzjoni tax-xerrejja.

L-għana minn dejjem kien iktar popolari lejn in-nofsinhar tal-gżira u allura ma jistax jonqos li ħafna għannejja jiġu minn dawk l-inħawi. Per eżempju, miż-Żejtun, ħarġu ħafna għannejja ta’ fama, bħal ngħidu aħna Mikiel Abela "il-Bambinu" li miet fl-1991, u Frans Baldacchino "il-Budaj" (li miet ħesrem fl-età ta' 63 sena, nhar it-22 ta' Ġunju 2006) li se jibqa' mfakkar bħala għannej popolari u l-akbar esponent ta’ l-għana f’Malta.

[editja] Tipi Differenti ta' Għana

Jeżistu ħafna tipi ta' għana differenti u kollha għandhom il-karatteristiċi partikolari tagħhom. Fost dawn insibu l-għana spirtu pront u bil-qasma, l-għana fil-għoli, l-għana tal-fatt u l-makjetti.

[editja] Għana Spirtu Pront

F'seduta tipika ta' għana spirtu pront, ikun hemm grupp ta' tliet kitarristi jakkumpanjaw l-għannejja (normalment ikunu erbgħa), b'wieħed minnhom magħruf bħal il-prim jew prejjem. Il-kitarrist prim jibda jdoqq l-introduzzjoni, biex b'hekk juri lill-għannejja kemm it-temp tad-diska kif ukoll it-tonalità, filwaqt li l-kitarristi l-oħrajn (li normalment ikunu tnejn għalkemm ġieli ssib iktar) idoqqu l-akkumpanjament ibbażat fuq żewġ kordi. Wara l-introduzzjoni, l-ewwel għannej jimproviżża għanja fuq dawk l-istess żewġ kordi (fuq melodija tradizzjonali) erba' versi tat-tmienja (vers ta' tmien sillabi, ottonarju) bir-rima imqabbża, jiġifieri A-B-Ċ-B. Il-vers tat-tmienja huwa wkoll magħruf sew bħala l-vers tal-popolin. Wara li l-ewwel għannej jispiċċa l-kwartina tiegħu, ikun hemm interludju bil-kitarrist prim idoqq varjazzjoni fuq dawk iż-żewġ kordi bażi, bl-istess ammont ta' ħin tal-istanza. Normalment, kemm il-kwartina kantata kif ukoll l-varjazzjoni strumentali ikunu maqsumin f'erba' frażijiet melodiċi, tnejn fuq l-ewwel korda (Tonic major chord) u tnejn fuq it-tieni (Dominant chord). Din l-istruttura hija mbgħad ripetuta minn kull wieħed mill-għannejja, b'bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura metrika u rima. Sezzjoni ta' għanja spirtu pront taf tibqa' għaddejja hekk kważi siegħa u xi imdaqqiet anki iktar. Normalment is-sessjoni tikkonkludi b'kadenza li tkun tikkonsisti f'xi żewġ stanzi.

Peress li l-kwartini ta' din it-tip ta' għana jkunu improviżżati dak il-ħin stess (għalhekk spirtu pront), l-għannejja jridu jkunu kapaċi jaħsbu malajr kif ukoll iqabblu l-versi b'rima tajba. Jekk ikun hemm erba' għannejja involuti, normalment l-ewwel għannej jindirizza l-kwartina tiegħu lejn it-tielet għannej, filwaqt li t-tieni għannej jindirizza lir-raba' wieħed biex b'hekk jingħata ċ-ċans lill-għannejja biex jilħqu jaħsbu l-kwartina tagħhom.

Normalment, l-għannejja jitrattaw temi ħfief jew umoristiċi. Għaldaqstant l-użu ta' proverbji, idjomi esaġerazzjonijiet u 'puns' ma jonqsux fl-għana spirtu pront. Ta' min jgħid ukoll, li f'għana spirtu pront, il-messaġġ għandu jingħad b'mod sottili mingħajr kjarifiċi żejda.

L-għana spirtu pront normalment ikun kompost fuq l-iskala ta' A (La), iżda l-prim normalment ikun intonat ton fuq il-kitarri l-oħra, jiġifieri G (Sol). Tradizzjonalment, il-kitarristi jintonaw l-istrumenti tagħhom b'dan il-mod:

  • Il-prim kitarrist: G (Sol)
  • Akkumpanjament 1: A (La)
  • Akkumpanjament 2: C (Do) jew A (La)

L-għana spirtu pront juri biċ-ċar kemm il-Maltin iħobbu jargumentaw u jilletikaw. Il-pika, li f'dan il-każ tkun waħda ċajtiera, hija l-ingredjent prinċipali f'dan it-tip ta' għana. Peress li l-għana spirtu pront jirrifletti l-karattru nebbiexi tal-Maltin, dan seta' kien fattur determinanti biex dan it-tip ta' għana jiżviluppa u ma jintesiex bħal ċertu tipi ta' għana, bħal ngħidu aħna l-għana fil-għoli u l-għana tal-fatt. Infatti, wieħed jista' jgħid li x-xena ta' l-għana llum il-ġurnata hija totalment iddominata mill-għana spirtu pront.

[editja] Għana bil-Qasma

Dan it-tip ta' għana jixbah lil dik spirtu pront, iżda l-kwartini huma maqsuma bejn żewġ għannejja minflok kantati minn għannej wieħed. Fi kliem ieħor, l-ewwel għannej ikanta l-ewwel żewġ versi tal-kwartina filwaqt li t-tieni għannej jirrispondih b'żewġ versi sabiex hekk jikkonkludi dik il-kwartina. L-ewwel żewġ versi tal-kwartina li jmiss imbagħad jiġu kantati mill-għannej li jkun kanta l-aħħar żewġ versi tal-kwartina preċedenti.

[editja] Għana fil-Għoli (la Bormliża)

L-għana fl-għoli jew kif inhu magħruf aħjar bħala għana la Bormliża (jiġifieri, mir-raħal ta' Bormla), hu pjuttost rari u ftit li xejn għad fadal għannejja li jipprattikawh. L-għana fil-għoli hu mżewwaq b'laqtiet medjo-orjentali u b'melodiji pjuttost Arabiċi. Il-fatt li dan jissejjaħ "fil-għoli", jagħti x'jifhem li dan it-tip ta' għana kien jitkanta b'vuċi għolja jew falsetto; infatti huwa probabbli li dan it-tip ta' għana kien u għadu kkunsidrat bħala rari, propju minħabba l-fatt li mhux kulħadd huwa kapaċi jilħaq it-ton għoli rikjest minn dan it-tip ta' għana. Jidher ukoll li l-għana fil-għoli kien probabbilment l-iktar għana popolari man-nisa.

L-oriġini tal-isem la bormliża huwa pjuttost oskur. Bormla fi żminijiet antiki kienet port importanti u kienu ħafna dawk il-vapuri tal-merkanzija Għarab li kienu jidħlu fil-port, normalment b'xi tagħbija qoton. Allura jista' jkun li l-Maltin addottaw il-melodiji li kienu jisimgħu mill-baħħara Għarab u minnhom ħolqu dan it-tip ta' għana. Ta' min jgħid imma li din l-ipoteżi qatt ma kienet ikkonfermata.

L-għana fil-għoli jirrikjedi tip ta' prejjem differenti minn l-għanjiet l-oħra. Fil-fatt ix-xogħol tal-prejjem f'dan il-każ għandu jkun li jtawwal kemm jista' jkun it-transizzjoni bejn korda u oħra sabiex l-għannej ikun jista' jżomm in-nota kantata għal ħin itwal u b'hekk juri l-kapaċitajiet mużikali tiegħu, kif ukoll is-sbuħija tal-vuċi tiegħu.

Dan it-tip ta' għana jista' jiġi kantat kemm minn għannej wieħed kif ukoll bejn żewġ għannejja, dejjem bl-istess struttura metrika u armonija, imma bi frażijiet melodiċi itwal u iktar imżejna. Il-kliem jista' jiġi improvviżat, bi stanza li tkun kantata minn għannej wieħed, u n-nofs l-ieħor mit-tieni għannej, bħalma jiġri fl-Għana bil-Qasma.

[editja] Għana tal-Fatt

L-għana tal-fatt hu normalment kantat minn għannej wieħed, u juża bejn wieħed u ieħor, l-istess struttura ta' l-għana spirtu pront, għalkemm il-melodiji ikunu aktar mżewwqa u l-kliem ma jkunx improviżżat, avolja jintuża wkoll il-vers tat-tmienja u r-rima mqabbża A-B-Ċ-B.

It-temi ta' dan l-għana jvarjaw minn stejjer u leġġendi tradizzjonali (li jmorru lura anki sal-Medju Evu) sa avvenimenti storiċi jew oħrajn ta' importanza partikolari. Dawn normalment ikunu stejjer ta' diqa u swied il-qalb fejn jiddominaw l-imħabba mitlufa, il-mewt, delitti u traġedji oħra. L-użu ta' l-iskali minuri biex jinħolqu l-melodiji jgħin sew biex tinħoloq l-atmosfera neċessarja biex l-għannej jirrakkonta b'mod effettiv dawn l-għanjiet pjuttost malinkoniċi.

[editja] Makjetta

Din normalment tieħu l-forma ta' storja żgħira b'laqta umoristika. Il-mibki Fredu Abela "il-Bamboċċu" kien rinomat ħafna għal dan it-tip ta’ għana fejn probabbilment jibqa' magħruf l-aktar għall-makjetta tiegħu Taxi Mary.

[editja] Strumenti

Illum il-ġurnata l-kitarra saret l-iktar strument użat fl-għana, għalkemm ta' min jgħid li qabel kienu jiġu użati wkoll strumenti oħra fosthom iż-żaqq, iż-żafżafa, it-tanbur, l-argunett kif ukoll il-kunċertina.

[editja] L-Għana fil-Preżent

Riċentament l-għana żviluppa minn mużika tan-nies komuni għal wieħed aktar professjonali. L-għannejja Maltin huma rikjesti fi programmi radjufoniċi u televiżivi, kif ukoll f'serati ta' għana u l-famuża 'Lejla Maltija' li tista' tgħid li tiġi organizzata f'kull raħal Malti matul is-Sajf.

Apparti minn hekk, mhux l-ewwel darba li għannejja stabbiliti jżuru pajjiżi barranin bħal ngħidu aħna l-Kanada, l-Ingilterra u l-Awstralja u jmorru jgħannu hemm. Ta' min jinnota li dawn il-pajjiżi għandhom storja ta' immigrazzjoni Maltija, u dan ikompli juri kemm il-Maltin huma konservattivi fejn jidħlu drawwiet u tradizzjonijiet nazzjonali.

Frans Baldacchino "Il-Budaj" jista' jingħad li għamel l-għana aktar aċċessibbli lin-nies u fetaħ orizzonti ġodda lill-għana Malti. Saħansitra wasal biex introduċa l-għana bħala rappreżentazzjoni teatrali. Il-Budaj għamel ukoll isem barra minn Malta u anke rrekordja CD u ppubblika ktieb. Forsi fattur li għenu ħafna fil-ħidma tiegħu favur l-għana huwa l-karattru sempliċi tiegħu u l-kariżma li għandu. Frans Baldacchino kellu wkoll xi xogħol mal-banda folkloristika Etnika, u dan għen biex tkompli tinfirex il-popolarità ta' l-għana kemm f'Malta u kemm barra mill-pajjiż.

Minbarra l-Budaj, hemm ukoll nies oħra fosthom il-Maestro Charles Camilleri li għenu biex iżidu l-popolarità ta' l-għana. Dan ta' l-aħħar infatti għamel arranġamenti klassiċi ta' melodiji użati komunement fl-għana li ġew ukoll irrekordjati fuq CD.

[editja] Għannejja u Kitarristi li Ħallew Marka fl-Istorja ta' l-Għana

  • Fredu Abela "il-Bamboċċu" (1944-2003)
  • Mikiel Abela "il-Bambinu" (1920-1991)
  • Leli Azzopardi "il-Bugazz" (1928-2003)
  • Ġużeppi Camilleri "il-Jimmy tal-Fjur" (1917-1994)
  • Salvu Darmanin "ir-Ruġel" (1905-1976)
  • Pawlu Degabriele "il-Bies" (1908-1980)
  • Grezzju Ellul "ta' Ċanċa" (1926-1996)
  • Sam Farrugia "tal-Carabott" (1933-2002)
  • Żaru Mifsud "l-Għaxqi" (1933-2001)
  • Żaren Mifsud "ta' Vestru" (1924-1999)
  • Bastjan Micallef "Ir-Rabti" (1936-2002)
  • Toni Pullicino "it-Tullier" (1927-1968)
  • Fredu Spiteri "l-Everest" (1929-1965)
  • Ġammari Spiteri "Amletu" (1907-1962)
  • Leli Sultana "Il-Moni" (1921-2003)
  • Karmnu Xuereb "In-Namru" (1911-1997)
  • Frans Baldacchino "Il-Budaj" (1943-2006)

[editja] Links

Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com