Web Analytics


https://www.amazon.it/dp/B0CT9YL557

We support WINRAR [What is this] - [Download .exe file(s) for Windows]

CLASSICISTRANIERI HOME PAGE - YOUTUBE CHANNEL
SITEMAP
Audiobooks by Valerio Di Stefano: Single Download - Complete Download [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Alphabetical Download  [TAR] [WIM] [ZIP] [RAR] - Download Instructions

Make a donation: IBAN: IT36M0708677020000000008016 - BIC/SWIFT:  ICRAITRRU60 - VALERIO DI STEFANO or
Privacy Policy Cookie Policy Terms and Conditions
Partit Nazzjonalista (Malta) - Wikipedija

Partit Nazzjonalista (Malta)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
Partit Nazzjonalista
colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
Mexxej Lawrence Gonzi
colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
Fundat 1880 riorganizzat 1926
Kwartieri ġenerali Id-Dar Centrali
Triq Herbert Ganado
Hamrun
colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
Ideoloġija Politika Demokrazija Kristjana
Affiljazzjoni Internazzjonali Unjoni Demokratika Internazzjonali
Demokrazija Kristjana Internazzjonali
Affiljazzjoni Ewropea Partit Popolari Ewropew
Grupp Parlamentari Ewropew PPE-DE
Kuluri Blu
colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
Sit elettroniku www.pn.org.mt
colspan="2" Template:Maltese politics/party colours/Dark Blue|
Ara wkoll Politika ta' Malta

Partiti politiċi
Elezzjonijiet

Il-Partit Nazzjonalista huwa partit politiku Malti, wieħed miż-żewġ partiti ewlenin f'Malta (l-ieħor il-Malta Labour Party). Huwa jiddeskrivi ruħu bħala partit demokratiku nisrani (fil-fatt huwa affiljat mad-Demokrazija Kristjana Internazzjonali, mal-Partit Popolari Ewropew u l-Unjoni Demokratika Internazzjonali.

Werrej

[editja] L-Ewwel Snin

Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-1880 minn Dott. Fortunato Mizzi, avukat Għawdxi, bħala l-Partit Anti-Riformista bil-għan li jeħodha kontra d-dħul ta' miżuri fiskali mill-Gvern Kolonjali u l-anglikazzjoni tas-sistema ġuridika u edukattiva ta' Malta. Fuq kollox, il-Partit ried sistema rappreżentattiva ta' Gvern li kienet tirrispetta x-xewqat tal-Maltin. Il-preżenza ta' refuġjati Taljani mir-Riżorġiment Taljan ta' xejra ta' kostituzzjonaliżmu liberali lill-partit fl-ewwel snin tiegħu (li wasslet għall-inkwiet bejn Mizzi u l-Knisja) kif ukoll marka pro-Taljana sa l-Ewwel Gwerra Dinija.

Sa l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Ta' l-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill.

[editja] Wara l-Ewwel Gwerra Dinija

Immedjatament wara l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit ittrasforma ruħu f'koalizzjoni aktar wiegħsa bl-isem ta' Unjoni Politika Maltija. Grupp aktar radikali u pro-Taljan, immexxi minn Dott. Enrico Mizzi (iben Fortunato), bl-isem ta' "Partit Demokratiku Nazzjonalista" inqata' minn mal-Partit il-kbir. Iż-żewġ gruppi ikkuntestaw l-ewwel elezzjonijiet għall-Assemblea Leġislattiva (1921) separatament biex ma jtellfux 'l xulxin. Imma wara l-elezjonijiet li fihom l-Unjoni ħarġet bħala l-akbar Partit imma mingħajr maġġoranza Parlamentari din għażlet li tidħol f'koalizzjoni mal-Partit Laburista. L-ewwel Prim Ministri f'din il-Leġislatura, Joseph Howard u Dott. Francesco Buhagiar, kienu t-tnejn mill-Unjoni.

Fit-tieni elezzjonijiet għall-Assemblea (1924) il-Partiti reġgħu kkontestaw separatament imma ffurmaw koalizzjoni mill-ewwel, b'Ugo P. Mifsud ta' l-Unjoni bħala Prim Ministru. Fl-1926 iż-żewġ Partiti reġgħu ngħaqdu f'Partit wieħed bl-isem antik ta' "Partit Nazzjonalista" taħt it-tmexxija konġunta ta' Ugo Mifsud u Nerik Mizzi.

Dan il-Partit tilef l-elezzjonijiet ta' l-1927 għall-"Compact" magħmul mill-Partit Kostituzzjonali u l-Partit Laburista. Dan il-Gvern sab ruħu fi kwistjoni politiko-reliġjuża u, bl-impożizzjoni tad-dnub il-mejjet fuq il-votanti tal-Partiti tal-"Compact" mill-Kurja, l-awtoritajiet Kolonjali issospendew l-elezzjonijiet li kellhom isiru fl-1930.

L-elezzjonijiet reġgħu saru fl-1932 u bid-dnub il-mejjet għadu fis-seħħ il-Partit Nazzjonalista għamel rebħa kbira meta ħa 21 siġġu minn 32 fl-Assemblea Leġislattiva. Iżda n-Nazzjonalisti ma kellhomx idumu fil-Gvern. Imħassbin bis-simpatiji li l-Partit kellu lejn l-Italja, kif ukoll is-sħab jinġema' tal-gwerra u l-qawmien Taljan fl-Afrika u l-Mediterran, wassal lill-Gvern Kolonjali jerġa' jissospendi l-Kostituzzjoni fl-1933.

[editja] It-Tieni Gwerra Dinija u s-segwitu

Is-simpatija lejn l-Italja swiethu bil-kbir lill-Partit matul it-Tieni Gwerra Dinija. Nerik Mizzi kien internat, l-ewwel f'Malta imbagħad fl-Uganda, u Ugo Pasquale Mifsud miet wara ħass ħażin li tah fil-Kunsill tal-Gvern waqt diskors imqanqal jiddefendi d-dritt ta' l-internati. Il-Partit 'qas biss ikkuntesta l-elezzjonijiet ta' l-1945 li għall-ewwel darba raw lill-Partit Laburista jsir Partit ta' gvern minflok tielet partit.

Imma l-Partit Nazzjonalista ma' mietx u fl-elezzjonijiet ta' l-1947, l-ewwel ta' wara l-Gwerra li eleġġew Gvern Responsabbli, ħareġ bħala l-akbar partit wara l-Partit Laburista, fuq quddiem ta' numru ta' partiti oħra li ppruvaw joħdulu postu bħala partit ewlieni. Din il-pożizzjoni issaħħet ftit snin wara meta qasma fil-Partit Laburista fl-1949 rat lill-Partit Nazzjonalista joħroġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tas-sena ta' wara b'Nerik Mizzi bħala Prim Ministru. Għalkemm mingħajr maġġoranza Parlamentari u l-mewt ta' Mizzi u l-waqgħa tal-Gvern ftit xhur biss wara, l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħala kontendent għall-Gvern issa kienet mingħajr dubju.

Kien hemm żewġ elezzjonijiet fl-1951 u fl-1953 li fihom il-Partit Nazzjonalista fforma koalizzjonijiet li ma tantx damu mal-Malta Workers' Party, l-isplinter li ħareġ mill-Partit Laburista. Tul iż-żewġ leġislaturi l-Prim Ministru kien Giorgio Borg Olivier, li laħaq Kap tal-Partit wara l-mewt ta' Mizzi.

Il-Partit imbagħad tilef l-elezzjonijiet ta' l-1955. Bil-Malta Labour Party fil-Gvern il-kwistjoni ewlenija kienet dik ta' l-Integration mar-Renju Unit. Il-Partit Nazzjonalista oppona din il-proposta. L-Integration falliet fil-biċċa l-kbira minħabba li r-Renju Unit tilef l-intess fil-kwistjoni l-aktar wara l-fjask ta' Suez fl-1956 u s-sensji li kienu bdew jingħataw it-Tarzna li waslu għal numru ta' inċidenti. Il-Prim Ministru Laburista Mintoff irreżenja u Borg Olivier irrifjuta l-istedina li jipprova jifforma Gvern. Minħabba f'hekk il-Gvern Kolonjali issospenda l-Kostituzzjoni fl-1958.

[editja] Is-snin sittin u l-Indipendenza

Bejn is-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1958 u l-għoti ta' waħda ġdida fl-1961 seħħew avvenimenti importanti fix-xenarju politiku Malti. Il-Partit Laburista, li wara l-falliment ta' l-Integration kien sar favur l-Indipendenza (politika li anke ħaddan il-Partit Nazzjonalista) kien beda jieħu pożizzjoni antagonistika fil-konfront tal-Knisja, l-aktar minħabba li ra fiha l-kawża għall-falliment ta' l-Integration. Il-Partit Laburista kien ukoll beda jindiehes ma' movimenti indipendentisti tat-Tielet Dinja li Knisja rathom bħala fronti għall-Komuniżmu. Dan wassal biex il-Knisja imponiet id-dnub il-mejjet fuq l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll fuq il-votanti tiegħu. Dan wassal għal qasma fil-Partit Laburista bit-tluq ta' grupp li fforma l-Christian Workers Party taħt Toni Pellegrini.

Il-Partit Nazzjonalista ukoll sofra qasma meta grupp ta' nies li ma kinux jaqblu ma' l-istil ta' tmexxija ta' Borg Olivier u li ma kinux tant favorevoli għall-Indipendenza, inqatgħu u ffurmaw il-Partit Demokratiku Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta' Dr Herbert Ganado.

Il-Partit Nazzjonalista ħareġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet ta' l-1962 u qasma tal-kamra assiguratlu maġġoranza Parlamentari. Il-Partit mexxa n-negozjati ta' l-Indipendenza li kienet akkwistata fl-1964. Il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet ta' l-1966 b'mod konvinċenti, elezzjonijiet li fissru ukoll it-tmiem tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista.

[editja] Is-snin sebgħin u tmenin

Il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjonijiet ta' l-1971 u reġa' tilef dawk ta' l-1976 b'marġini akbar. Fl-1977 saret elezzjoni għal Kap Suċċessur li fiha ġie elett Dott. Eddie Fenech Adami li qabel kien serva bħala Segretarju Ġenerali. Fenech Adami ħa t-tmexxija tal-Partit fl-1978. Borg Olivier miet ftit snin wara, fl-1980. Sadattant is-sitwazzjoni fil-pajjiż kienet qed tiggrava, b'tensjoni dejjem tikber u vjolenza, terrur politiku u vandaliżmu dejjem jiżdiedu. Fl-1979 ġiet issakkeġġata d-dar ta' Fenech Adami u nħarqet il-Progress Press.

Il-Partit akkwista maġġoranza assoluta ta' voti fl-elezzjonijiet ta' l-1981 (għall-ewwel darba mill-1933) imma mhux maġġoranza Parlamentari. Din wasslet għal sitwazzjoni ta' kriżi wara li d-Deputati eletti f'isem il-Partit irrifjutaw li jieħdu posthom fil-Parlament. Is-sitwazzjoni żblukkat ruħha ftit ta' snin wara imma tensjoni u vjolenza komplew matul dawn is-snin. Kien hemm attakki vjolenti fuq il-każini kollha tal-Partit Nazzjonalista, inkluz l-istamperija f'tal-Pietà; giet attakata u mfarrka l-Kurja tal-Arcisqof fil-Furjana; giet attakata wkoll l-għola istituzzjoni tal-pajjiz, il-Qorti fil-Belt Valletta. Kien hemm skontri vjolenti kull darba li l-PN kien jorganizza 'mass meetings', bejn partitarji Nazzjonalisti u membri tal-Korp tal-Pulizija flimkien ma partitarji Laburisti, bil-'mass meeting' f'tal-Barrani, limiti ta'Santa Luċija fost l-iktar li jibqghu jissemmew. Il-borma faret f'daqqa bil-qtil kiesaħ u biered ta'Raymond Caruana li nqatel f'Diċembru tal-1986, meta xi hadd f'karozza ghaddejja spara arma tan-nar fuq il-kazin Nazzjonalista fil-Gudja, waqt li kien għaddej fih riċeviment. Ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1987 iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li l-Kostituzzjoni tiġi emendata biex tassigura maġġoranza Parlamentari lill-Partit li jkollu maġġoranza ta' voti. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista jifforma Gvern wara 16-il sena fl-Opposizzjoni.

[editja] Mis-snin disgħin sal-lum

Il-Gvern Nazzjonalista applika biex Malta tidħol fis-Suq Komuni Ewropew fl-1990. Sadattant, b'ekonomija sejra tajba grazzi għall-liberalizzazzjoni u investimenti pubbliċi sostanzjali, il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet ta' l-1992 b'mod konvinċenti. Il-Partit, iżda, tilef il-konfront ta' l-1996 mal-Partit Laburista taħt il-mexxej Alfred Sant.

Il-perjodu fl-Oppożizzjoni ma kellux idum għax wara biss 22 xahar b'maġġoranza Parlamentali li ma kinitx għadha fi żgur, il-Gvern Laburista sejjaħ elezzjoni bikrija fl-1998 u tilef. Il-Partit Nazzjonalista reġa' fforma gvern u immedjatament irriattiva l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea wara li din l-applikazzjoni kienet ġiet iffriżata mill-Gvern Laburista.

Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata minn negozjati ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, sħubija li kienet opposta mill-Partit Laburista. Dawn in-negozjati ngħalqu fl-2002 u l-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ għal vot "iva" f'Marzu tas-sena ta' wara. Il-vot pożittiv f'dan ir-referendum kien segwit minn elezzjoni ġenerali ftit ġimgħat wara li l-Partit Nazzjonalista reġa' rebaħ.

Fl-2004 Fenech Adami irriżenja minn Prim Ministru u Kap tal-Partit u ġie elett minfloku Dr Lawrence Gonzi. Dr Fenech Adami huwa fil-preżent il-President tar-Repubblika ta' Malta.

Il-Partit Nazzjonalista kkontesta l-elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu 2008 għall-ewwel darba b'dan il-mexxej il-ġdid, Dr Lawrence Gonzi, u mill-ġdid rebaħ.

[editja] Rappreżentanza

Bħalissa l-Partit Nazzjonalista għandu 35 Deputat minn 65 fil-Kamra tar-Rappreżentanti u 2 Membri mill-ħamsa li għandha Malta fil-Parlament Ewropew.

[editja] Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista mill-1926

Isem Minn Sa
Sir Ugo P. Mifsud u Dr. Enrico Mizzi 1926 1940
Dr. Enrico Mizzi 1940 1950
Giorgio Borg Olivier 1950 1977
Dr. Eddie Fenech Adami 1977 2004
Dr. Lawrence Gonzi 2004
Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Sub-domains

CDRoms - Magnatune - Librivox - Liber Liber - Encyclopaedia Britannica - Project Gutenberg - Wikipedia 2008 - Wikipedia 2007 - Wikipedia 2006 -

Other Domains

https://www.classicistranieri.it - https://www.ebooksgratis.com - https://www.gutenbergaustralia.com - https://www.englishwikipedia.com - https://www.wikipediazim.com - https://www.wikisourcezim.com - https://www.projectgutenberg.net - https://www.projectgutenberg.es - https://www.radioascolto.com - https://www.debitoformtivo.it - https://www.wikipediaforschools.org - https://www.projectgutenbergzim.com