Pietru Pawl Saydon
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Monsinjur Pietru Pawl Saydon (12/11/1895 - 22/3/1971), saċerdot u skular magħruf bħala bniedem erudit fl-Ilsien Malti u kif ukoll dwar il-Bibbja, għamel żmien imexxi l-Għaqda tal-Malti fl-Universita' ta' Malta.
Saydon twieled, għex u miet fir-raħal Malti taż-Żurrieq u ġie onorat f'ħajtu bil-grad ta' Honoris Causa u bin-nomina ta' Monsinjur tal-Katidral Metropolitan u wara mewtu billi semmew skola sekondarja u triq għalih f'raħal twelidu. Inkixef ukoll monument f'ġieħu fl-okkażjoni taċ-ċentenarju mit-twelid tiegħu fit-12 ta' Novembru, 1995.
Pietru Pawl Saydon jibqa' magħruf l-iktar għall-kontribut li ta lil-lingwa Maltija billi qaleb il-Bibbja mill-Ebrajk għall-Malti.
Ara wkoll : "Saydon" ta' Carmel Bezzina, edizzjoni 2006 u artikli miktuba minn Dun Ġwakkin Schembri, Ġuzè Chetcuti, Eman Bonniċi u Mons. Edward Coleiro.
[editja] Links
- http://www.education.gov.mt/edu/schools/mons_pp_saydon.htm Mons. P.P. Saydon Boys' Secondary School
- http://www.maltagozo.com/zurrieq.html Artiklu bl-Ingliż dwar Żurrieq, miktub minn Jesmond Darmanin