Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Bosnia-Ħerżegovina
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Bosnia-Ħerżegovina lagħbet l-ewwel logħba internazzjonali tal-futbol fis-6 ta' Ġunju 1993 b'hekk nistgħu ngħidu li hu wieħed mit-timijiet ġodda fix-xena tal-futbol fuq skala internazzjonali. Fl-ewwel logħba rebaħ lit-tim Iranjan (Iran 1 - 3 Bosnia-Ħerżegovina). Fl-1998 sofra l-agħar telfa mat-tim ta' l-Amerika t'Isfel, l-Arġentina bl-iskor ta' 5 b'xejn, dan seħħ fl-14 ta' Mejju (Arġentina 5 - 0 Bosnia-Ħerżegovina). Iżda bl-istess skor rebaħ lit-tim ta' Liechtenstein fis-7 t'Ottubru 2001 (Bosnia-Ħerżegovina 5 - 0 Liechtenstein).
Informazzjoni dwar it-tim tal-Bosnia-Ħerżegovina:
Assoċjazzjoni: Football Associoation of B & H (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Bosnia-Ħerżegovina)
Il-Kowċ Attwali: Blaz Sliskovic
It-Top Scorer: Elivir Bolic (b' 22 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: BIH
Ir-Ranking tal-FIFA: 58 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 42 post (Awissu ta' l-2006)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 173 post (Settembru ta' l-1996)
Ir-Ranking tal-Elo: 61