4 ta' Settembru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Awi - Settembru - Ott | ||||||
1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 |
8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 |
15 | 16 | 17 | 18 | 19 | 20 | 21 |
22 | 23 | 24 | 25 | 26 | 27 | 28 |
29 | 30 | |||||
Kalendarju ta' avvenimenti |
L-4 ta' Settembru hija l-247 ġurnata tal-Kalendarju Gregorjan (il-248 fis-snin bisestili). Fadal 118 ġurnata għall-aħħar tas-sena.
Werrej |
[editja] Avvenimenti
- 476 - Romolo Augustolo, l-aħħar Imperatur Ruman tal-Punent, ġie depost minn Odoacre, li pproklama lilu nnifsu Re ta' l-Italja.
- 1260 - Battalja ta' Montaperti, rebħa tal-ghibellini gwidati minn Farinata ta' l-Uberti
- 1781 - Los Angeles tiġi fundata bħala "El Pueblo de Nuestra Senora La Reina de Los Angeles de Porciuncula" minn grupp ta' 44 koloni Spanjoli.
- 1870 - L-Imperatur Napuljun III ta' Franza ġie depost u ġiet proklamata it-Tielet Repubblika.
- 1886 - Gwerer Indjani: Wara kważi 30 sena ta' taqbid, il-kap Apache Ġeronimo flimkien ma' l-aħħar grupp ta' ġellieda tiegħu ċeda għall-Ġeneral Nelson Miles, fi Skeleton Canyon fl-Ariżona.
- 1888 - George Eastman irreġistra l-marka Kodak, u rċieva brevett għall-magna fotografika tiegħu li tutilizza r-romblu.
- 1894 - Fi New York, 12,000 ħaddiema tat-tessuti jistrajkjaw kontra l-kundizzjonijiet ta' xogħol fil-fabbriki.
- 1923 - F'Lakehurst (New Jersey), l-ewwel diriġibili Amerikan, il-USS Shenandoah, jagħmel it-titjira inawgurali tiegħu.
- 1940 - Tieni gwerra dinjija: Il-USS Greer issir l-ewwel vapur Amerikan li ġie attakkat minn sottomarin Ġermaniż fil-gwerra, anki jekk sa dak il-mument l-USA kienu newtrali. L-episodju żied it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
- 1944 - Tieni gwerra dinjija: Il-11-il diviżjoni korazzata Britannika teħles il-belt ta'Anversa fil-Belġju.
- 1945 - Tieni gwerra dinjija: It-truppi Ġappuniżi ta' l-ISola Wake iċedu l-armi, wara li rċevew l-aħbar li l-Ġappun ċeda.
- 1948 - Ir-Reġina Guglielmina I ta' l-Olanda tabdika għal raġunijiet ta' saħħa.
- 1951 - L-ewwel trasmissjoni televiżiva interkontinentali b'diretta, issir minn San Francisco għall-okkażjoni tal-Konferenza tat-trattat ta' paċi Ġappuniż.
- 1957 - Krisi ta' Little Rock - Orville Faubus, gvernatur ta' l-Arkansas, jitlob il-Gwardja Nazzjonali biex timpedixxi l-istudenti suwed milli jinkitbu fil-Little Rock Central High School ta' Little Rock.
- 1967 - Gwerra tal-Vjetnam: Tibda l-Operazzjoni SWIFT: il-Marines Amerikani iniedu missjoni ta' riċerka u distruzzjoni fil-provinċji ta' Quang Nam u Provinċja ta' Quang Tin. Din ser tikkawża l-Battalja tal-Wied ta' Que Son, li fiha ser imutu 114 Amerikan u 376 Nordvjetnamit f'erbat ijiem.
- 1972 - Ġermanja: L-għawwiem Mark Spitz jirbaħ is-seba' midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Monako. Ħadd qablu, jew warajh, ma kien jaf jagħmel aħjar minn hekk. Ir-rekord tiegħu ta' seba' midalji tad-deheb f'edizzjoni waħda tal-Logħob għadu sal-lum intatt.
- 1995 - Ir-Raba' konferenza mondjali dwar in-nisa tiftaħ f'Peking, b'iktar minn 4.750 delegati provenjenti minn 181 nazzjon.
- 1996 - Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji Kolumbjani (FARC) jattakkaw bażi militari fi Guaviare (Kolumbja), li tat il-bidu għall-tliet ġimgħat ta' gwerrilja li ser tkun il-kaġun tal-mewt ta' mill-inqas 130 Kolumbjan.
- 1997 - F'Lorain (Ohio), l-aħħar Ford Thunderbird toħrog mill-katina ta' muntaġġ.
[editja] Twieldu
- 1241 - Alessandro III ta' l-Iskozja, Re Skoċċiż
- 1768 - François-René de Chateaubriand, kittieb u diplomatiku Franċiż († 1848)
- 1824 - Anton Bruckner, kompożitur Awstrijakk († 1896)
- 1832 - Antonio Agliardi, diplomatiku Taljan
- 1851 - John Dillon, nazzjonalista Irlandiż († 1927)
- 1875 - Kirby Rollin, kittieb, rebbieħ tal-Premju Pulitzer
- 1891 - Fritz Todt, żviluppatur ta' l-awtostrade Ġermaniżi
- 1892 - Darius Milhaud, kompożitur Franċiż († 1974)
- 1896 - Antonin Artaud, kommedjografu u attur Franċiż († 1948)
- 1905 - Mary Renault, rumanzier († 1983)
- 1906 - Max Delbrück, bijologu Ġermaniż
- 1908 - Richard Wright, kittieb Amerikan († 1960)
- 1908 - Edward Dmytryk, reġista Kanadiż († 1999)
- 1913 - Kenzo Tange, arkitett Ġppuniż
- 1928 - Dick York, attur Amerikan († 1992)
- 1931 - Mitzi Gaynor, attrice Amerikan
- 1937 - Dawn Fraser, għawwiema, rebbieħa olimpjonika
- 1941 - Sushilkumar Shinde, politiku Indjan
- 1957 - Khandi Alexander, attriċi Amerikana
- 1957 - Patricia Tallman, attriċi Amerikana
- 1960 - Damon Wayans, attriċi Amerikana
- 1970 - Daisy Dee, kantanta u attriċi Olandiża
- 1974 - Carmen Consoli, Kantawtriċi Taljana
- 1981 - Beyoncé Knowles, kantanta Amerikana ("Destiny's Child")
[editja] Mietu
- 799 - Musa al-Kazim, Imam sciita
- 1804 - Richard Somers, uffiċjal tal-marina Amerikana
- 1852 - William MacGillivray, naturalista u ornitologu
- 1864 - John Hunt Morgan, leader militari Konfederat
- 1907 - Edvard Grieg, kompożitur Norveġiż
- 1963 - Robert Schuman, statista Franko-Ġermaniż
- 1965 - Albert Schweitzer, tabib Ġermaniż
- 1974 - Marcel Achard, kommedjografu Franċiż
- 1989 - Georges Simenon, kittieb Belġjan (n. 1903)
- 1991 - Tom Tryon, attur u rumanzier Amerikan (n. 1926)
- 1991 - Dottie West, kantant Amerikan tal-mużika country (n. 1932)
- 1993 - Hervé Villechaize, attur Franċiż (n. 1943)
- 1995 - William Kunstler, prokuratur legali
- 2003 - Tibor Varga, vjolinista, diretture t'orkestra u pedagogu
- 2004 - Alphonso Ford, ċestista
[editja] Festi u rikorrenzi
[editja] Nazzjonali
[editja] Reliġjużi
- Viterbo - Festa di Santa Rosa da Viterbo, patrona della Città. La sera della vigilia viene effettuato il trasporto dell'imponente Macchina di Santa Rosa, alta circa 30 metri.
Santi cattolici:
- San Bonifacio I, Papa
- Sant'Ida ta' Herzfeld, armla
- San Mosè, profeta
- Santa Rosalia, verġni, eremita ta' Palermo