Air Malta
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Air Malta hija l-linja nazzjonali ta' l-ajru ta' Malta.
Werrej |
[editja] Kodiċi
- IATA Kodiċi: KM
- ICAO Kodiċi: AMC
- Callsign: Air Malta
[editja] Storja
L-Air Malta ġiet imwaqqfa fil-21 ta' Marzu, 1973 wara li ġiet iffurmata minn riżoluzzjoni fil-Kamra tar-Rappreżentanti, u saret kumpanija fit-30 tax-xahar. Fid-29 ta' l-istess xahar, din il-linja ta' l-ajru ġiet provduta ċertifikat li forniha bi drittijiet biex topera fuq servizzi internazzjonali minn Malta. Dan iċ-ċertifikat ġie ffirmat mill-Prim Ministru, bil-patt u l-kundizzjoni li l-Air Malta tobdi ċerti regoli mposti minnu.
L-Air Malta bdiet topera fl-1 ta' April, 1974, b'żewġ Boeing 720 mikrija, b'titjiriet lejn Ruma, Tripli, Londra, Manchester, Frankfurt, u Pariġi mill-Ajruport ta' Malta.
Fl-1982 l-Air Malta ffirmat kuntratt ta' xiri mal-kumpanija Boeing biex b'hekk din il-kumpanija ta' l-ajruplani mill-Amerka ta' Fuq forniet tlett mudelli Boeing 737 lill-Air Malta. Dawn kienu fil-fatt l-ewwel ajruplani ġodda li kellha l-Air Malta, u tlestew lejn il-bidu ta' l-1983.
Fl-1986 l-Air Malta ordnat żewġ Boeing 737 ġodda, u fl-1987, ordnat l-ewwel Airbus A320 filwaqt li biegħet iż-żewġ Boeing 720 li kellha fil-flotta. Fl-1989, l-Air Malta xtrat Airbus A320 ieħor, u iktar tard fl-1992 ordnat żewġ Boeing 737 oħra. Dik is-sena ġew ordnati wkoll erba' Avro RJ-70 biex ikunu jistgħu jintużaw f'rotot minn Malta għal Katanja, għall-Ajruport Internazzjonali ta' Palermo u għal destinazzjonijiet ġodda bħal Tuneż u Monastir (it-tnejn fit-Tuneżija).
Wara l-ftuħ ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fl-1992, l-Air Malta ħolqot il-"CargoSystems" li tikkonsisti f'servizzi li jinkludu trasport bl-ajru ta' merkanzija fuq ajruplani ta' l-Air Malta. Għal dan il-għan, fl-1994 l-Air Malta inawgurat ċentru apposta fl-ajruport.
[editja] Servizzi
Fix-xitwa tal-2004/05, l-Air Malta operat f'iktar minn 45 destinazzjoni lejn l-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq u l-Lvant Nofsani.
Fi Frar 2005, l-Air Malta ħabbret żieda fid-destinazzjonijiet lejn l-Ingilterra (Cardiff, East Midlands, Bristol, u Newcastle) u Franza (Nantes, u Toulouse).
[editja] Flotta
Il-flotta ta' l-Air Malta tikkonsisti f'dawn l-inġenji ta' l-ajru: (Frar 2005):
- 4 Airbus A319-100
- 3 Airbus A320-200
- 6 Boeing 737-300