Dun Karm Psaila
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dun Karm Psaila (18 ta' Ottubru, 1871 - 13 ta' Ottubru, 1961) huwa l-Poeta Nazzjonali Malti u kiteb l-Innu Malti fl-1945 (?? 1941 ??). Dun Karm twieled f'Ħaż-Żebbuġ (Malta), iben Filippu u Lunzajta (mwielda Pisani). Missieru għadda ħajtu jbaħħar bejn Malta u l-Greċja, fost pajjiżi oħra filwaqt li ommu kienet bidwija. Studja fl-iskola primarja tar-raħal u kompla fis-Seminarju bejn l-1885 u l-18??. Minn hemm kompla jistudja l-Filosofija fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta.
Dun Karm ġie ordnat qassis fl-1894. Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom; Taljan, Latin, Ingliż, Aritmetika, Ġografija, Kosmografija, Storja tal-Knisja (?? ecclesiastical history ??) u Arkeoloġija Kristjana. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral (?? Honorary Canon of the Cathedral Chapter ??). Fl-istess sena ġie maħtur bħala Assistent Librar fil-Librerija Nazzjonali u sentejn wara inħatar bħala (?? directory of circulating libraries ??), posizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936.
Dun Karm għex il-parti l-kbira ta' ħajtu tas-Sliema sa ma miet. Hu ndifen fiċ-ċimeterju ta' raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.
Werrej |
[editja] Poeta u Kittieb
Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-Poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan.
L-ewwel xogħolijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żogħżija ta' sliem u kalma; wara l-mewt t'ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża l-Malti biex jesprimi ruħhu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali f'Il-Jien u lil hinn Minnu hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla.
A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb Il-Vjatku għall-iSpanjol u Laurent Ropa qaleb Il-Jien u lil hinn Minnu għall-Franċiż.
[editja] L-Innu Malti
Fl-1921, Dr. A.V. Laferla, id-direttur tal-edukazzjoni, talab lil Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa mużika tal-Mro. Robert Samut. L-innu li ħareġ kien l-Innu Malti, li ndaqq għall-ewwel darba fl-1923. Fl-?? 1941 jew 1945 ?? dan l-innu ġie rikonoxxut bħala l-Innu uffiċjali ta' Malta u riaffermat t'hekk anki fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza (?? Independence Constitution ??).
[editja] Poeżiji bit-Taljan
Qabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, La Dignita Episcopale (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, Foglie d’alloro, ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll Versi (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan.
[editja] Poeżiji bil-Malti
Dun Karm kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti, Quddiem Xbieha tal-Madonna f'Jannar tal-1912, li dehret fl-ewwel ħarġa tal-perjodiku bil-Malti, Il-Ħabib, mitbugħ mill-Mgr. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi. Minn dak in-nhar 'il quddiem kiteb, sal-1954, kiteb numru kir ta' poeżiji bil-Malti dwar kull aspett tal-ħajja Maltija.
[editja] Xogħol ieħor
Il-kitbiet ta' Dun Karm jinkludu Żewġ Anġli: Inez u Emilia (maqlubha għall-Malti fl-1934 minn rumanz Taljan ta' D Caprile). Minbarra dawn, kiteb ukoll xi xogħolijiet kritiċi. Kiteb ukoll dizzjnuarju bejn l-1947 u l-1955 fi tlett volumi, Dizzjunarju Ingliż u Malti
[editja] Rikonoxximenti u unuri
Fl-1921 ukoll, Dun Karm kien wieħed mill-membri fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u mal-mewt ta' Ġużè Muscat Azzopardi fl-1927, ġie elett president tal-Għaqda u mbagħad editur tal-organu uffiċjali, Il-Malti. Kompla f'din il-pożizzjoni sal-1942 fejn ġie nominat president onorarju għal ħajtu ta' din l-Għaqda. Bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-letteratura Maltija, ingħata d-Dottorat fil-Letteratura (honoris causa) mir-Royal University of Malta fl-1945 - l-ewwel darba li l-Università tat dan l-unur lil xi ħadd. Sena wara ġie mogħti il-midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi. Ir-reġina Eliżabetta II iddekoratu bit-titlu ta' Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Ingliż fl-1956. Fl-1957, il-Gvern Malti tah pensjoni ex-gratia bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu fil-letteratura Maltija. Matul ħajtu ġie wkoll onorat bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta.
Fl-1957, A.J. Arberry, Professur tal-Għarbi, f'Pembroke College, Cambridge, mar iżur lil Dun Karm f'daru u kiteb hekk fl-antoloġija tiegħu, Dun Karm Poet of Malta:
- "Meta ltqajt ma' Dun Karm kien għadu kif għalaq is-sebgħa u tmenin sena. Sibtu, raġel xiħ u fraġli, iżda xorta waħda bil-kmand totali tal-fakultajiet mentali tiegħu. Liebes is-suttana tal-qassis, bil-kurċifiss fuq sidru, ta' impressjoni qawwija tal-vera umiltà Kristjana... Offrieli tazza inbid u tkellimna ta' ħbieb għal aktar minn siegħa... Kien dehrli dak iż-żmien... li dan kien poeta ta' iktar minn importanza lokali, l-arti tiegħu u l-messaġġ tiegħu iridu jilħqu lid-dinja, fejn vera kien jistħoqilhom... Sirt aktar konvint tal-kobor tiegħu."
[editja] Poeżiji
- Lil Ġannina Pisani
- Lil Ħuti l-Maltin
- Innu Ewkaristiku
- Il-Jien u lil hinn Minnu
- Lill-Kanarin Tiegħi (1915)
- Lill-Madonna tal-Karmnu
- Lil Mikiel Anton Vassalli
- Il-Musbieħ tal-Mużew (1920)
- Quddiem Xbiha tal-Madonna (1912)
- Il-Vjatku
- Żjara lil Ġesù