Fenek ta' Amami
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() Fenek ta' Amami jew Fenek ta' Ryukyu Pentalagus furnessi
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Pentalagus furnessi Stone, 1900 |
Il-Fenek ta' Amami (Pentalagus furnessi), huwa mammiferu plaċentat erbivoru li hu magħruf ukoll bħala l-Fenek ta' Ryukyu, huwa fenek monotipiku (l-uniku wieħed fil-ġeneru Pentalagus) ta' pil skur pjutost primittiv li jinsab biss fuq iż-2 gżejjer żgħar ta' Amami Oshima u Toku-no-Shima, li jagħmlu parti mil-arċipelagu ta' Ryukyu fil-Ġappun.
Dan il-fenek notturnu, għandu saqajn qosra bi dwiefer kemxejn kbar u mawġijn, ġisem goff u ras ċkejkna b'par widnejn żgħar speċjalment meta mqabla ma' dawk ta' fniek jew liepri oħra. Dan il-fenek tal-foresta, apparentement jirriproduċi billi jkollu żarmuġ 1 (rarament 2) kull darba, li l' omm taħbi f'bejta li tħaffer hi stess taħt l-art għal matul il-ġurnata. Bil-lejl, l' omm tiftaħ id-dħul ta' din il-bejta waqt li tibqa għassa għal periklu (eż. sriep velenużi), biex tisqi ż-żrameġ u kif tlesti, din terġa talaq kollox bil-ħaxix u t-trab billi tagħfas fuqhom b'saqajha ta' quddiem. Il-Fniek ta' Amami jorqdu matul il-ġurnata f' postijiet moħbijja bħal l-egħrien. Dan il-fenek huwa partikolari ukoll għax jikkomunika bi twerżieq u ħsejjes simili għal dawk tal-pika u dan jagħmel din l-ispeċi unika fost il-fniek minn ħabba li ġeneralment il-fniek ma humiex kapaċi jagħmlu ħsejjes.
Sfortunatament il-Fenek ta' Amami huwa f'periklu ta' estinzjoni minn ħabba l-kaċċa mil-bniedem, li spiċċat, meta l-Ġappun ta' protezjoni legali lil dan il-fenek fl-1921, qtil minn klieb, qtattes u annimali oħra li telaq fis-salvaġġ il-bniedem fuq dawn il-gżejjer li għadu għaddej sa llum u d-deforestazjoni fejn din issir matul il-ġurnata waqt li l-fenek ikun rieqed u b'hekk ma jkollux ħin biżżejjed lanqas biex jaħrab u jispiċċa moqtul fuq il-post.
Werrej |
[editja] Distribuzjoni
Il-Fenek ta' Amami huwa speċi endemika tal-Ġappun u jinsab biss fuq iż-2 gżejjer żgħar ta' Amami Oshima u Toku-no-Shima ta' 820 km² u 248 km² rispetivament, li jagħmlu parti mil-arċipelagu ta' Ryukyu u qegħdin fin-naħa t' isfel ta' Kyūshū u Okinawa f' Kagoshima (iżd' aktar fil-qrib ta' Okinawa).
[editja] Klassifikazjoni
Ħafna drabi meqjus u msejjaħ bħala fossilu ħaj, il-Fenek ta' Amami huwa 'l aħħar wieħed minn linjaġ antik ta' fniek li darba kienu mifruxin fuq il-kontinent Asjatiku ukoll fejn il-llum huma estinti, minn barra fuq iż-2 gżejjer ġappuniżi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Pentalagus
- Fenek ta' Amami jew Fenek ta' Ryukyu, Pentalagus furnessi
- Ġeneru Pentalagus
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Lagomorph Specialist Group (1996). Pentalagus furnessi Fil-Periklu ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.