Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Sylvilagus varynaensis (Durant & Guevara, 2000) |
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela jew Denb qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus varynaensis huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu).
Dan id-denb qotni, huwa nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, instab u ġie deskritt xjentifikament fis-snin 2000 u huwa l-akbar fenek bl' aktar pil skur, li hemm fil-Venezwela.
[editja] Distribuzjoni
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela huwa speċi ta' denb qotni b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, b' firxa ma' l-artijiet baxxi minn Fundo Millano u Chorrosco Bajo, fid-distrett ta' Obispos, fl-istat ta' Barinas, endemiku tal-Venezwela.
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-fenek huwa 1 minn 6 speċi ta' dnub qotna, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Tapeti u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Venezwela, Sylvilagus varynaensis
- Sottoġeneru Tapeti
- Ġeneru Sylvilagus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.