Festival tal-Eurovision 2007
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Image:Helsinki ESC 2007.jpg | |
Dati | 12 ta' Mejju 2007 - Finali
10 ta' Mejju 2007 - Semi finali |
---|---|
Preżentaturi | Jaana Pelkonen u Mikko Leppilampi |
Organiżżatur | YLE |
Post | Hartwall Areena, Helsinki, Finlandja |
Rebbieħa | Għad jiġi ddeterminat |
Systema tal-vot | Kull pajjiż jagħti minn 1-8 punti, 10 u 12-il punt |
Parteċipanti | 24 fil-finali, sa 18-il parteċipant mhux ser jikkwalifika mis-semi finali |
Pajjiżi debuttanti | Repubblika Ċeka, Ġeorġja, Montenegro, Serbja |
Pajjiżi jirritornaw | Awstrija, Ungerija |
Pajjiżi telqin | Monaco |
Bla punti | Għad jiġi ddeterminat |
Att ta’ l-Intervall | Għad jiġi ddeterminat |
Il-Festival tal-Eurovision 2007 ser ikun it-52 edizzjoni tal-Festival li ser jiġi organiżżat fil-Hartwall Areena ġewwa Helsinki, Finlandja fl-10 ta’ Mejju (għas-semi finali) u it-12 ta’ Mejju (il-finali). Il-Finlandja kisbet id-dritt li torganiżża il-Festival la rebħet il-festival ta’ l-2006 ġewwa Ateni, Greċja.
Il-Hartwall Areena, huwa l-akbar arena ta’ l-ice hockey fil-Finlandja u mill bidu kien il-favurit li jintagħżel għal-Festival. Il-belt ta’ Helsinki għandha l-aqwa konnezzjonijiet u faċilitajiet ġol-pajjiż, u bhekk aktar nies ikollhom l-opportunità li jesperienzaw il-Festival. Budget ta’ €13-il miljun ġie propost biex jitlesta il-festival. Bliet oħra li riedu jorganiżżaw kienu Espoo, Turku u Tampere.
[editja] Finali
Il-pajjizi fil-finali ser ikunu
- l-ewwel għaxra mis-semi finali;
- dawk il-pajjiżi li spiċċaw fl-ewwel għaxra tas-sena 2006 (mhux inklużi il-"Big 4");
- il-“Big 4”
[editja] Semi Finali
Għall-ewwel darba, sa 28 pajjiż ser jitħallew jipparteċipaw fis-semi finali