Imperium Europa
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Imperium Europa (bil-Malti, "Imperu Ewropew") huwa moviment politiku Malti li twaqqaf min Norman Lowell fis-sena 2000. Fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' l-2004, Lowell ikkontesta bħala l-uniku kandidat ta' dan il-moviment u rnexxielu jġib 1,600 vot ma' l-ewwel għadd u eluf oħra għat-tieni preferenza.
Imperium Europa iħaddan politika leminija radikali u huwa favur l-għaqda tal-kontinent u l-ġens Ewropew taħt bandiera waħda u imperu wieħed. Il-moviment jemmen ukoll li r-razez jeżistu u li dawn huma distinti minn xulxin. Għaldaqstant, il-moviment bħalissa għaddej b'kampanja kontra l-mewġa ta' immigrazzjoni illegali mill-Afrika li qed taħkem lill-Ewropa u b'mod speċjali lil Malta.
Il-motto ta' Imperium Europa huwa Magna Evropa est Patria Nostra! (Ewropa akbar [magħquda] hija artna).