Liepru Taljan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() Liepru Taljan jew Liepru Korsikan Lepus corsicanus
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Lepus corsicanus (De Winton, 1898) |
Il-Liepru Taljan jew Liepru Korsikan, magħruf xjentifikament bħala Lepus corsicanus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nativ tal-kotinent ta' l-Ewropa, endemiku ta' l-Italja.
Dan il-liepru huwa speċi mifruxa fil-penisula Taljana, b' distribuzjoni miċ-ċentru sa Nofs in-nhar ta' l-Italja fejn ħafna drabi jaqsam l-abitat mal-Liepru Ewropew Lepus europaeus (speċi introdotta mil-bniedem bħala skop ta' kaċċa), fil-gżira ta' Sqallija fejn jidher komuni b' popolazjoni stabli, b'distribuzjoni kontinwa u fil-gżejjer ta' Elba u Korsika fejn kien ġie introdott mill-bniedem.
Il-Liepru Taljan Lepus corsicanus għal żmien twil kien meqjus bħala sottospeċi tal-Liepru Ewropew Lepus europaeus.
Werrej |
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-liepru huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m' hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liepru Taljan jew Liepru Korsikan, Lepus corsicanus
- Sottoġeneru Eulagos
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Sinonimi
"Lepus europaeus corsicanus" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Lepus corsicanus ta' De Winton, 1898.
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.