Liepru ta' denbu abjad
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() Liepru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad Lepus townsendii
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Lepus townsendii (Bachman, 1839) |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Liepru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad jew Liepru tal-praterija, li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus townsendii huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u huwa nativ tal-kotinent ta' l-Amerika ta' fuq, b' distribuzjoni fil-Majjistral ta' l-iStati Uniti u fil-Lbiċċ tal-Kanada.
L-isem "ta' denbu abjad" ġej mill-fatt li dan il-liepru għandu denbu abjad kollu kemm fuq in-naħa ta' fuq kif ukoll fin-naħa t' isfel. Bħal fniek ħmir oħra, il-Fenek ħmar ta' denbu abjad għandu par widnejn kbar bit- truf suwed u par saqajn fuq wara twal u b' saħħithom ħafna.
Il-Fenek ħmar ta' denbu abjad huwa it-2 l-akbar speċi ta' liepru fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq wara il-Fenek ħmar antilopu u ftit akbar mil-Fenek ħmar ta' denbu iswed.
Werrej |
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-liepru huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 2 sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liepru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad Lepus townsendii
- Sottospeċi
- Lepus townsendii campanius (Hollister, 1915)
- Lepus townsendii townsendii (Bachman, 1839)
- Liepru ta' denbu abjad jew Fenek ħmar ta' denbu abjad Lepus townsendii
- Sottoġeneru Eulagos
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Gallarija
Liepru ta' denbu abjad Lepus townsendii imgezzez fis-silġ |
Liepru ta' denbu abjad Lepus townsendii bil-pil tax-xitwa |
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus townsendii. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.