Liepru tal-Alaska
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
![]() |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() Liepru tal-Alaska Lepus othus
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Lepus othus Merriam, 1900 |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
Il-Liepru tal-Alaska magħruf xjentifikament bħala Lepus othus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) li jinsab mifrux mal-muntanji f' elevazjoni ogħlja ta' l-Alaska fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq u fis-Siberja fil-ponta estrema tal-kontinent Asjatiku.
L-isem tal-Alaska ġej mid-distribuzjoni ta' dan il-liepru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazjoni tinsab mifruxa mal-muntanji tal-Alaska. Il-Liepru tal-Alaska (Lepus othus) hija l-akbar speċi ta' liepru fil-kontinent Amerikan fejn adult kapaċi jilħaq is-70 ċentimetru ta' tul bid-denb b'kollox ta' bejn wieħed u ieħor 8 ċentimetri.
Dan il-liepru għad-differenza minn ħafna oħra jirriproduċi darba f'sena. Iżda hemm tendenza li l-boton ikun akbar fin-numru (minn 4 sa 8 żrameġ) mill-ispeċi li jirriproduċu aktar minn darba fis-sena.
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-liepru huwa 1 minn 3 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Lepus u l-ispeċi maqsuma f' 2 sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Lepus
- Liepru tal-Artiku Lepus othus
- Sottospeċi
- Lepus othus othus (Merriam, 1900)
- Lepus othus tschuktschorum (Nordquist, 1883)
- Liepru tal-Artiku Lepus othus
- Sottoġeneru Lepus
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus othus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.