Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Ċipru
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Ċipru li huwa meqjus bħala wieħed mill-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa lagħab l-ewwel logħba kontra t-tim tal-Israel fit-13 ta' Novembru 1960 fejn il-logħba spiċċat bi skor ta' parità (Ċipru 1 - 1 Israel). L-aħjar skor li kiseb kisbu ukoll ma' wieħed mill-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Ewropa, ma' l-Andorra, dan seħħ fil-15 ta' Novembru tas-sena 2000 (Ċipru 5 - 0 Andorra). L-agħar logħba li lagħab meħudha mill-gowls li sofra kienet il-logħba tal-21 ta' Mejju 1969 kontra l-Ġermanja tal-Punent, bl-iskor ta' 12 minn taħt (Ġermanja tal-Punent 12 - 0 Ċipru). S'issa għadu ma wasalx f'xi fażi finali tat-Tazza tad-Dinja jew tal-European Championship.
Assoċjazzjoni: Cyprus Football Association (L-Assoċjazzjoni Ċiprijotta tal-Futbol)
Il-Kowċ Attwali: Angelos Anastasiadis (2004 - )
It-Top Scorer: Michalis Konstantinou (b'24 gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: CYP
Ir-Ranking tal-FIFA: 80 post
L-Aħjar Ranking: 59 post (Frar ta' l-1999)
L-Agħar Ranking: 113-il post (Marzu ta' l-2005)
Ir-Ranking tal-Elo: 97