Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Armenja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Bħala tim tal-futbol internazzjonali l-Armenja dehret għall-ewwel darba fit-12 t'Ottubru, 1992, fejn f'pajjiżhom stess lagħbu kontra l-Moldova u spiċċaw indaqs mingħajr gowls (Armenja 0 - 0 Moldova). L-ikbar rebħa ta' l-Armenja saret kontra l-Albanija fis-6 ta' Settembru 1997, fejn rebħet 3 b'xejn (Armenja 3 - 0 Albanija). Bl-istess riżultat rebħet ukoll fid-9 t'Ottubru 1999 fejn barra minn darhom rebħu lill-Andorra (Andorra 0 - 3 Armenja). L-agħar sena għalihom fix-xena tal-futbol kienet fl-1997 fejn tilfu bl-agħar żewġ riżultati ta' 7 b'xejn. Dawn seħħew fl-4 ta' Jannar 1997 kontra ċ-Ċilè (Ċilè 7 - 0 Armenja) u fit-30 ta' Marzu 1997 kontra l-Georgia (Georgia 7 - 0 Armenja).
Informazzjoni dwar it-Tim Nazzjonali tal-Futbol Armenjan li hu magħruf ukoll bil-laqam ta' Ararat:
Assoċjazzjoni: Football Federation of Armenia (Il-Federazzjoni tal-Futbol ta' l-Armenja)
Il-Kowċ: (L-Iskoċċiż) Ian Porterfield
It-Top Scorer: Artur Petrosyan (b'11-il gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: ARM
Ir-Ranking Attwali tal-FIFA: 119-il post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 79 post (Settembru tas-sena 2000)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 159 post (Ġunju ta' l-1994)
Ir-Ranking tal-Elo: 107