Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Belarus
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Belarus pajjiż li ħareġ mill-Unjoni Sovjetika u l-ewwel logħba li lagħab bħala t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Belarus lagħabha kontra pajjiż ieħor mill-Unjoni Sovjetika, il-Litwanja u spiċċaw bi draw ta' 1 b'1 (Litwanja 1 - 1 Belarus) dan seħħ fl-20 ta' Lulju 1992. L-ikbar rebħa għamilha ma' l-istess tim ukoll kważi sitt snin wara, eżatt fis-7 ta' Ġunju 1998 fejn ġie minn fuq b'5 gowls (Belarus 5 - 0 Litwanja). L-agħar riżultat li sofra ukoll b'5 gowls kien iżda din id-darba ma' l-Awstrija fil-11 ta' Ġunju 2003 (Awstrija 5 - 0 Belarus).
Informazzjoni dwar dan it-tim internazzjonali tal-futbol Belarussu:
Assoċjazzjoni: Football Federation of Belarus (Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Belarus)
Il-Kowċ Attwali: Yuri Puntus (2006- )
It-Top Scorer: Maxim Romaschenko (b' 13-il gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: BLR
Ir-Ranking tal-FIFA: 61 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 59 post (Novembru ta' l-2005)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 142 post (Marzu ta' l-1994)
Ir-Ranking tal-Elo: 71