Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Każakistan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-Każakistan ġeografikament jagħmel ma' l-Asja, iżda għal ċertu raġunijiet għażel li jagħmel parti mill-UEFA, l-għaqda li tieħu ħsieb il-futbol Ewropew. Il-Każakistan fil-futbol ma tistax tgħid li hu xi pajjiż tajjeb, anzi wieħed mill-agħar fl-Ewropa. Iżda għalkemm mhux daqshekk tajjeb kellu diversi rebħiet, fil-fatt l-ewwel logħba li lagħab fl-1 ta' Ġunju 1992 kontra t-Turkmenistan spiċċa biex niżżel fl-istorja tiegħu l-ewwel rebħa wkoll (Każakistan 1 - 0 Turkmenistan). L-aħjar skor għall-Każakistan f'partita waħda kien dak kontra l-Pakistan fil-11 ta' Ġunju 1997 meta skorja 7 gowls (Pakistan 0 - 7 Każakistan). Fit-8 ta' Ġunju 2005 imbagħad sofra l-agħar telfa kontra t-Turkija, fejn it-Torok skurjaw sitt gowls (Każakistan 0 - 6 Turkija).
Informazzjoni dwar it-tim nazzjonali tal-futbol tal-Każakistan:
Assoċjazzjoni: Football Union of Kazakhstan (L-Unjoni tal-Futbol tal-Każakistan)
Il-Kowċ Attwali: Arno Pijpers
It-Top Scorer: Viktor Zubarev (b'12-il gowl)
Il-Kodiċi tal-FIFA: KAZ
Ir-Ranking tal-FIFA: 135 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 98 post (Diċembru ta' l-2001)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 166 post (Mejju ta' l-1996)
Ir-Ranking tal-Elo: 124