Help:(Għajnuna) Merħba
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Merħba fil-Wikipedija, il-verżjoni bil-Lingwa Maltija tal-Wikipedia!
Din hija enċiklopedija fejn il-qarrejja stess jistgħu jkunu awturi. Kulħadd jista' jimmodifika immedjatament kwalunkwe artiklu li jixtieq billi juża l-funzjoni Immodifika.
Hawn għandek issib informazzjoni kif tikteb u timmodifika l-artikli tal-Wikipedija.
Ovvjament, wieħed għandu jirrispetta r-regoli fundamentali tal-proġett: ara X'tista' tpoġġi fuq il-Wikipedija u X'ma tistax tpoġġi fuq il-Wikipedija.
Huwa propju għax hija miftuħa għal kulħadd, anke utenti anonimi, li l-Wikipedija ma tista' tagħti l-ebda garanzija ta' validità u akkuratezza tal-kontenut.
Avolja l-komunità ta' utenti tagħmel sforzi biex tkun akkurata kemm jista' jkun, fi kwalunkwe mument, kwalunkwe paġna tista' tisfa vittma ta' vandaliżmu jew inkella modifiki b'informazzjoni errata, illegali jew inkella vjetata mil-liġi u mill-konswetudni ta' l-erja jew komunità li int tifforma parti minnha.
Jekk jogħġbok, aqra attentament id-disclaimer u żomm f'moħħok li l-informazzjoni misjuba hawn għandha biss użu illustrattiv. Għall-pariri mediċi, legali u professjonali, irreferi għal espert f'dak il-qasam partikolari.