Brimba
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Il-brimb huma predaturi invertebrati bi tmien saqajn, b'ġisem maqsum fi tnejn, mingħajr apparat ta' tagħmid fil-ħalq u mingħajr ġwienaħ. Huma ikklassifikat fl-ordni Araneae, wieħed minn ħafna ordnijiet fi ħdan il-klassi ikbar ta' araknidi, grupp li jinkludi ukoll l-iskorpjuni fost oħrajn. L-istudju tal-brimb huwa magħruf bħala araknoloġija.
Il-brimb kollu jipproduċi l-ħarir, li huwa proteina irqiqa u b'saħħitha, li joħroġ bħala ħajta minn apparat speċjali fin-naħa t'isfel ta' l-abdome (żaqq). Ħafna speċji ta' brimb jużaw dan il-ħarir biex jagħmlu għanqbut u b'hekk ikunu jistgħu jaqbdu insetti oħra għall-ikel, filwaqt li hemm brimb ieħor li jikkaċċja għall-ikel b'mod ħieles, mingħajt l-użu ta' l-għanqbuta. Il-ħarir jintuża ukoll sabiex il-brimb ikun jista' jitla' ma' superfiċi għoljin, biex jifforma ħitan lixx għall-bejta, biex jibni boroż għall-bajd jew biex tinżamm l-isperma, u biex tintrabat il-preda fost ħafna użi oħrajn.
Huma biss 150 speċje ta' brimb (fil-familji Uloboridae u Holarchaeidae, u fis-subordni Mesothelae) li jistgħu jinjettaw velenu biex jipproteġu lilhom infushom jew biex joqtlu u jħollu l-preda. Xi 200 speċje biss, iżda, għandhom gdim li jista' jikkawża problemi ta' saħħa fil-bniedem. Ħafna gidmiet ta' brimb jistgħa jikkawża uġigħ, imma fl-aħħar mill-aħħar dan il-gdim ma jikkawżax problemi ta' saħħa iktar minn hekk.