Lepisma saccharina
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Lepisma saccharina huwa insett żgħir li jibża mid-dawl u m'għandux ġwienaħ. L-ispeċje hija magħrufa wkoll komunement bħala l-ħuta fiddiena, u dan minħabba il-kulur griż fiddien li għandha fuq ġisimha. Dan l-insett jgħix fuq karboidrati bħaz-zokkor, li jispjega l-oriġini ta' l-isem xjentifiku.
Jappartjeni lill-ordni Thysanura, u ilu jeżisti għal dawn l-aħħar 300 miljun sena.