Liepru xkupa
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Liepru xkupa |
||||||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Liepru xkupa Lepus castroviejoi
|
||||||||||||||||||||
Scientific classification | ||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
Lepus castroviejoi (Palacios, 1977) |
Il-Liepru xkupa jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus castroviejoi huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nativ tal-kotinent ta' l-Ewropa u endemiku ta' Spanja.
Dan il-liepru huwa speċi rari u ristretta ħafna, mifruxa ma' arja żgħira fil-penisula Iberika fuq il-Muntanji ta' Kantabrija fit-Tramuntanta ta' Spanja in northern Spain bejn Sierra de Ancares u Sierra de Pena Labra. Din ir-reġjun twila bejn wieħed u ieħor 230 kilomentru mil-Lvant għal-Punent u wiesgħa linqas 25 u l'aktar 40 kilometru mit-Tramuntana sa Nofs in-nhar. Il-Liepru xkupa jgħix fil-muntanji b' elevazjoni bejn 1,300 u 1,900 metru, għalkemm fix-xitwa jinżel aktar fil-baxx f' elevazjoni ta' madwar 1000 metru biex jiskarta it-temperaturi kisħin w is-silġ għoli.
Il-Liepru xkupa għal żmien twil kienet ikkunsidrata bħala sottospeċi tal-Liepru Ewropew Lepus europaeus sakemm fl' 1976 ġiet deskritta xjentifikament bħala speċi distinta. Ftit li xejn hemm informazjoni dwar l-ikel, ir-riproduzjoni u l-imġieba ta' dan il-liepru, imma ix-xjentisti jaħsbu li jgħix ħajja simili tal-Liepru Ewropew Lepus europaeus.
Liepru xkupa adult jikber bejn 45 u 60 ċentimetru twil, denb ta' bejn 5 u 10 ċentimetri oħra, par saqajn fuq wara ta' madwar 20 ċentimetru u par widnejn enormi li kapaċi jilħqu it-tul inkredibli ta' 20 ċentimetru.
[editja] Klassifikazjoni
Dan il-liepru wara li għal ħafna żmien kien ikkunsidrat bħala sottospeċi ta' Lepus europaeus ġie klassifikat bħala speċi separata fl-1976, u huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u ma' hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
[editja] Sinonimi
"Lepus europaeus castroviejoi" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Lepus castroviejoi ta' Palacios, 1976.
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus castroviejoi. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.