Ewropa
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.
Dan l-artiklu huwa abbozz (stub). Jekk tista', ikkontribwixxi issa biex ittejbu, dejjem skond il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. Għal-lista kompluta ta' abbozzi, ara l-kategorija relatata. |
F'sens ġeoloġiku u ġeografiku, l-Ewropa hija penisola; il-parti tal-punent tal-Ewrasja. Xorta hija kkunsidrata bħala kontinent għal motivi kulturali. L-Ewropa hija kontinent żgħir b'10.400.000 km² (l-Awstralja biss hija iżgħar minnha) imma għandha 799.000.000 abitant (statistiċi ta' l-2003) li jqiegħduha fit-tielet post fil-lista ta' kontinenti l-iktar popolati (wara l-Asja u l-Afrika); bejn wieħed u ieħor fl-Ewropa tinsab ottava tal-popolazzjoni mondalji.
L-Ewropa influwenzat b'mod notevoli l-istorja u l-kultura tad-dinja ċivilizzata. Il-pożizzjoni ċentrali ta' l-Ewropa, kuntrarju għall-kontinenti l-oħra, kif ukoll il-preżenza tal-baħar, dejjem iffavorixxew il-komunikazzjoni bejn il-popli tad-diversi reġjuni u l-migrazzjoni lejn ir-reġjuni l-oħra tad-dinja. Il-klima xejn kiefra li tinsab fil-parti l-kbira tal-kontinent, għenet ukoll biex dan il-kontinent jiġi abitat b'mod dens.
Il-baħar jiffrorma l-parti l-kbira tal-konfini naturali ta' l-Ewropa. Fit-Tramuntana hemm il-Baħar Artiku, fil-Punent l-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar il-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, u l-Kawkasu, fil-Lvant il-Baħar Kaspju, il-katina muntanjuża ta' l-Urali u x-xmara Ural. Ara wkoll: Ġeografija ta' l-Ewropa.
[editja] Pajjiżi fl-Ewropa
|
¹ Parti mill-pajjiż tinsab fl-Asja. ² Ġeografikament fl-Asja, imma kkunsidrat Ewropew għal raġunijiet storiċi u kulturali.