Static Wikipedia February 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu

Web Analytics
Cookie Policy Terms and Conditions Mellieħa - Wikipedija

Mellieħa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Mellieħa
Motto:
Isem uffiċjali: Mellieħa
Latitudni: 35°57' N
Lonġitudni: 14°21' E
Area: km2
Popolazzjoni:
 - Total
 - Densità:

6.000 (Sajf); 17.000 (Xitwa)
{{{lokalità/densità}}} pers./km2
Konfini:
Isem ta' l-abitanti: Mellieħin
Patrun:
 - Qaddis
 - Ġurnata:


Sit elettroniku: http://www.mellieha.gov.mt

Il-Mellieħa huwa villaġġ fit-Tramuntana ta' Malta. Jokkupa l-peninsula li ħafna jirreferu għaliha bħala 'd-denb tal-ħuta', minħabba l-forma tagħha.

L-etimoloġija ta' l-isem 'Mellieħa' possibilment hi dik ta' nisel Grieg, peress illi Melleca (li tittraduċi bħala għasel) jirrappreżenta industrija antika f'din il-parti tal-pajjiż. Alternattiva oħra hija x-xebħ mal-kelma 'melħ' (kelma t'oriġini Semitika), peress illi fil-Mellieħa probabbilment kien jinġabar il-melħ minn salini li kien hemm mal-kosta, fil-Medjuevu u anke qabel.

[editja] Ġeografija

Ġeografikament dan il-villaġġ igawdi minn varjeta' ta' pajsaġġi, bi ħdura u msaġar żgħar (bħal tal-Miżieb u ta' l-Aħrax), ir-Riserva Naturali ta' l-Għadira (li probabbilment hi l-unika roqgħa ilma naturali eżistenti s-sena kollha fil-pajjiż) li hi żona protetta, l-irdumijiet fil-Lvant (tax-Xquq, qrib Popeye Village) u fil-Punent (tal-Madonna ta' l-Aħrax). Insibu wkoll l-ikbar ammont ta' xagħri fil-gżejjer Maltin fejn jikber ħafna sagħtar li minnu jinġabar għasel imfittex ħafna. Naraw ħafna widien tant fertili, b'ilma ġieri s-sena kollha, bosta siġar tal-frott u raba' saqwi. Insibu wkoll numru ta' bajjiet mrammla bħall-Paradise Bay, l-Armier kif ukoll l-akbar bajja ramlija ġewwa Malta: il-Bajja tal-Mellieħa jew kif inhi aħjar magħrufa mal-Maltin, l-Għadira.

[editja] Storja

Instabu diversi traċċi preistoriċi mxerrdin mal-Mellieħa illi juru biċ-ċar illi din il-lokalita' kellha preżenza ta' nies li kellhom livell ta' żvilupp, snajja u xi forma ta' twemmin reliġjuż.

Minħabba n-numru ta' fdalijiet Rumani u Puniċi fil-viċin tal-Mellieħa, bħall-banjijiet Rumani f'Għajn Tuffieħa, is-Salini u San Pawl Milqi f'Burmarrad, wieħed jista' jimmaġina illi fil-Mellieħa seta' kien hawn xi forma ta' abitanti illi kienu nvoluti fl-agrikoltura (bħall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u għasel) u forsi anke s-sajd.

Huwa mifhum li fil-Medju Evu il-popolazzjoni tal-Mellieħa kienet waħda limitata meta kkomparata ma' dik ta' villaġġi u bliet 'l bogħod mit-tramuntana tal-gżira, l-aktar dawk qrib iċ-ċentru u madwar il-Port il-Kbir. Hu wkoll possibbli li din iż-żona setgħet kienet diżabitata għal medda ta' snin, jew forsi abitata biss temporanjament matul ċerti staġuni. Dan jirrefletti realtajiet ekonomiċi diffiċli f'perjodi meta d-distanzi, il-mezzi tat-trasport u l-kommunikazzjoni kienu ristretti, jekk mhux ineżistenti għal kollox.

Kien lejn l-aħħar parti tal-preżenza f'Malta tal-Kavallieri ta' San Ġwann, fis-Seklu XVII illi l-Mellieħa esperjenzat interess probabbilment minħabba l-pożizzjoni loġistikament favorevoli tagħha għal dawk illi jivvjaġġaw regolarment minn/lejn il-gżira t'Għawdex, u għal dawk illi xtaqu jesplojtaw il-potenzjal agrikolu ta' din iż-żona fertili.

Kien hemm ukoll fattur ieħor ferm importanti, dak tas-sigurtà illi Malta akkwistat ftit ftit hekk kif il-piraterija (li kienet industrija ewlenija tal-Kavallieri, assistiti minn bosta Maltin u Għawdxin) spiċċat fix-xejn u magħha naqsu l-invażjonijiet pjuttost frekwenti mis-sibbien f'dawn l-inħawi 'il bogħod mill-protezzjoni tas-swar ta' l-ibliet.

Kien f'dan il-perjodu illi l-popolazzjoni rabbiet il-kunfidenza neċessarja biex tistabilixxi kolonji ta' Maltin u anke Għawdxin fil-lokalita' Melleħija. Kien wara dan iż-żmien ukoll illi naraw l-istituzzjoni tal-parroċċa tal-Mellieħa (wara li ma baqatx taqa' taħt dik tan-Naxxar) fuq bażi aktar permanenti.

Il-preżenza ta' l-Ingliżi f'Malta kompliet tinkoraġġixxi t-tkabbir tal-Mellieħa, l-aktar matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta l-perikli kontinwi ta' l-attakki mill-ajru tal-Ġermaniżi u Taljani fiż-żona tal-Port il-Kbir u ċ-ċentru u n-Nofsinhar ta' Malta ħeġġeġ aktar nies sabiex jerħu r-residenzi tagħhom fl-ibliet u jimxu lejn it-Tramuntana tal-gżira fejn il-periklu u l-attakki kienu ferm inqas.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-Mellieħa rat żviluppi notevoli, b'aktar bini, titjib ta' toroq u fl-infrastruttura (bħas-sistemi tad-dawl elettriku, drenaġġ u ilma) u l-bini ta' l-iskola tal-gvern.

Il-Mellieħa kienet lokalità pijuniera fis-settur turistiku lokali għaliex fil-bidu tas-snin sittin rat investiment f'bini ta' lukandi qrib il-kosta, u aktar tard ristoranti u ħwienet relatati ma' din l-industrija.

Għall-popolazzjoni taż-żona, illi pjuttost ma tantx kienet gawdiet mill-industriji tal-port u tarznari kif ukoll mix-xogħol maħluq mis-servizzi militari Ingliżi, it-turiżmu kien opportunita' li ħalliet marka profonda fuq il-lokal sal-ġurnata tal-lum mhux biss mill-aspett ekonomiku iżda wkoll dak soċjali u ambjentali.

Ħafna mill-Melliħin antiki (dawk illi kien ilhom residenti f'din il-lokalita' sa minn qabel il-gwerra) kellhom artijiet agrikoli, jew konnessjonijiet oħrajn mal-biedja (trobbija ta' l-annimali, tkabbir ta' frott u ħxejjex, eċċ.). Dan l-istil ta' ħajja inqered kważi għal kollox lejn it-tmiem tas-Seklu XX għaliex l-orjentazzjoni ekonomika tal-Mellieħa saret waħda ibbażata fuq it-turiżmu u servizzi relatati.

It-turiżmu u l-progress ekonomiku nazzjonali ġab l-ispekulazzjoni ta' l-artijiet tal-lokalita' lejn l-aħħar tas-snin tmenin u l-bidu tas-snin disgħin. Din l-ispekulazzjoni wieħed jista' jiddeskriviha bħala evidenza ta' stat ekonomiku affluenti. Dan ta' l-aħħar kien effett sekondarju tal-progress in ġenerali f'Malta li wieħed seta' josserva f'partijiet oħra tal-pajjiż, speċjalment ġo Tas-Sliema, f'Buġibba, u saħansitra f'Għawdex.

Mill-aspett ambjentali, ħafna esprimew li dan sarraf ukoll f'rigress ambjentali l-aktar minħabba l-istili ta' bini adottati (bil-liġi illi tobbliga l-użu tal-ġebla tal-franka fil-bini tal-faċċati fis-snin sebgħin f'Malta, u l-bini illegali fl-hekk imsejħa 'green areas'). Insibu l-garaxxijiet/kmamar ta' villeġġjatura li tfaċċaw mil-lejl għan-nhar f'ħafna żoni mal-kosta.

Sfortunatament ftit hemm rimedji għal din is-sitwazzjoni ambjentali llum il-ġurnata. Fil-futur, bl-impenn tal-Kunsill Lokali hu mistenni kontroll aktar strett fuq il-permessi għal bini ġdid.

Il-Mellieħa tilfet ukoll ħafna mill-karatteristiċi rurali li jiftakru sew dawk imwielda qabel is-snin sebgħin. Illum din il-lokalità hija raħal imdaqqas, b'popolazzjoni illi tvarja darbtejn fis-sena: b'medja ta' madwar 6,000 persuna bejn Novembru u April, u medja ta' madwar 17,000 fix-xhur sajfin bejn Mejju u Ottubru.

Static Wikipedia 2008 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2007 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - en - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu -

Static Wikipedia 2006 (no images)

aa - ab - af - ak - als - am - an - ang - ar - arc - as - ast - av - ay - az - ba - bar - bat_smg - bcl - be - be_x_old - bg - bh - bi - bm - bn - bo - bpy - br - bs - bug - bxr - ca - cbk_zam - cdo - ce - ceb - ch - cho - chr - chy - co - cr - crh - cs - csb - cu - cv - cy - da - de - diq - dsb - dv - dz - ee - el - eml - eo - es - et - eu - ext - fa - ff - fi - fiu_vro - fj - fo - fr - frp - fur - fy - ga - gan - gd - gl - glk - gn - got - gu - gv - ha - hak - haw - he - hi - hif - ho - hr - hsb - ht - hu - hy - hz - ia - id - ie - ig - ii - ik - ilo - io - is - it - iu - ja - jbo - jv - ka - kaa - kab - kg - ki - kj - kk - kl - km - kn - ko - kr - ks - ksh - ku - kv - kw - ky - la - lad - lb - lbe - lg - li - lij - lmo - ln - lo - lt - lv - map_bms - mdf - mg - mh - mi - mk - ml - mn - mo - mr - mt - mus - my - myv - mzn - na - nah - nap - nds - nds_nl - ne - new - ng - nl - nn - no - nov - nrm - nv - ny - oc - om - or - os - pa - pag - pam - pap - pdc - pi - pih - pl - pms - ps - pt - qu - quality - rm - rmy - rn - ro - roa_rup - roa_tara - ru - rw - sa - sah - sc - scn - sco - sd - se - sg - sh - si - simple - sk - sl - sm - sn - so - sr - srn - ss - st - stq - su - sv - sw - szl - ta - te - tet - tg - th - ti - tk - tl - tlh - tn - to - tpi - tr - ts - tt - tum - tw - ty - udm - ug - uk - ur - uz - ve - vec - vi - vls - vo - wa - war - wo - wuu - xal - xh - yi - yo - za - zea - zh - zh_classical - zh_min_nan - zh_yue - zu